Żagħżugħa tiddaħħal l-isptar wara li ttajret fin-Naxxar

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:20am fi Triq Francisco Ximenes, in-Naxxar.

Żagħżugħa ta’ 25 sena ddaħħlet l-Isptar Mater Dei wara li ttajret minn vettura kmieni dalgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:20am fi Triq Francisco Ximenes, in-Naxxar. 

Jidher li ż-żagħżugħa ntlaqtet minn vettura misjuqa minn ta’ 50 sena, residenti n-Naxxar stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l- Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. 

Iktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. 

More in Kronaka