Il-każi attivi jkomplu jonqsu ... 53 ifiqu u jfeġġu 26 każ ġdid

Issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 444

In-numru ta' każi attivi ta' COVID-19 f'Malta kompla jonqos hekk kif għal darb'oħra, l-għadd ta' pazjenti mfejqa kien akbar minn dak ta' infezzjonijiet ġodda.

Fil-fatt, fl-aħħar 24 siegħa, fiequ 53 pazjent filwaqt li rriżultaw 26 każ ġdid.

Issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 444.

B'kollox, ilbieraħ saru 1,916-il test.

Mill-każi mħabbra ilbieraħ, erba' kienu qraba ta' pazjenti, każ wieħed kien ta' kollega ta' pazjent bil-COVID-19, żewġ każi minn ġemgħat filwaqt li 14-il każ kienu sporadiċi.

More in Kronaka