Sewwieq ta' mutur iweġġa' f'inċident f'Santa Venera

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30pm

Sewwieq ta' mutur li għandu 45 sena ddaħħal Mater Dei wara ħabta fi Triq il-Kbira San Ġużepp f'Santa Venera.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30pm.

Jidher li l-mutur kellu mpatt ma' vettura misjuqa minn raġel ta' 44 sena mill-Imsida.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhux magħrufa.

Parti mit-triq tinsab magħluqa għat-traffiku. 

More in Kronaka