Daniel Muka: Arrestat illum imma diġa' xellef difrejh mal-liġi fis-serqa tad-Diamonds International

Muka kien akkużat b'serqa u attentat ta' qtil fuq pulizija fl-2017

Daniel Muka
Daniel Muka

Daniel Muka, ir-raġel arrestat fil-Furjana ftit tal-ħin ilu kien magħruf sew mal-pulizija u meqjusa bħala "persuna perikoluża" tant li kien akkużat b'serqa mid-Diamonds International fl-2017 u attentat ta' qtil fuq tliet membri tal-Korp tal-Pulizija.  Hu kien akkużat ukoll b'reżistenza għall-arrest u pussess ta' kokaina. 

Muka ma ammettiex il-ħtija kontrih quddiem il-Qorti f'Ottubru 2017. 

Huwa mifhum li wieħed miż-żewġ irġiel kien ipponta pistola ma' wiċċ il-pulizija u prova jisparalu, iżda fortunatament din ma ħadmitx 

Is-serqa seħħet fl-10 a.m fil-ħanut tal-ġojjellerija fi stabbiliment ta' ħwienet popolari f'Tigne.  Il-ħallelin kienu daħlu fil-ħanut lebsin nuċċali tax-xemx filwaqt li bdew ikissru b'dik li dehret qisha mazza. Iż-żewġt irġiel  - wieħed minnhom Muka - damu jisirqu l-ħanut ħames minuti biss u b'kollox serqu €330,000.

Huwa mifhum ukoll li Muka ma kienx waħdu fl-omiċidju ta' Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski, fil-fatt il-filmati CCTV mad-dar tal-koppja f'Tas-Sliema juru lil tliet akkużati li telqu jiġru mir-residenza. 

Ara hawnhekk x'ġara fil-Furjana iktar qabel illum

 

More in Kronaka