Ġlieda bejn tmien persuni fin-Naxxar; Mara tweġġa'

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:00pm fi stabbiliment

Ġlieda bejn tmien persuni fi stabbiliment fin-Naxxar waslet biex mara ta’ 47 sena, Spanjola resident s-Swieqi, tiddaħħal l-isptar Mater Dei.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:00pm.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq il-post irriżulta li kien seħħ argument bejn Spanjola ta’ 47 sena, raġel ta’ 30 sena residenti l-Ħamrun, mara ta’ 28 sena residenti l-Ħamrun, mara ta’ 35 sena residenti Ħal Tarxien, mara ta’ 25 sena residenti l-Marsa, mara ta’ 19-il sena residenti l- Marsa, ġuvni ta’ 16-il sena residenti l-Marsa u raġel ta’ 24 sena residenti l-Ħamrun. 

Il-mara ta’ 47 sena ddaħħlet l-isptar u aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi. 

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ. 

More in Kronaka