Tmien persuni arrestati waqt rejd fi stabbiliment f’Wied il-Għajn

Il-persuni nstabu li kienu fil-pussess tal-kannabis u l-kokaina

Tmien persuni ġew arrestati waqt rejd li sar mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga  fi stabbiliment f’Wied il-Għajn.

Ir-rejd sar ilbieraħ waranofsinhar.

L-età tal-persuni arrestati tvarja bejn 18 u 24 sena. Fil-pussess tagħhom instab li kellhom il-kannabis u l-kokaina u anke oġġetti relatati mal-użu tad-droga.

Aktar tard saret ukoll tfittxija fir-residenza u f’garaxx ta’ wieħed mill-arrestati. Hemm instabet aktar kannabis, erojina u kokaina u anke ammont ta’ flus kontanti.

More in Kronaka