Fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn gallarija għal fuq saqaf ta' karozza

L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda fi Triq il-Ħabs l-Antik, l-Isla

Raġel, Ingliż ta’ 41 sena, residenti Wied il-Għajn, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija fi Triq il-Ħabs l-Antik, l-Isla.

L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-2:10am.

Jidher li r-raġel waqa’ madwar tliet sulari u spiċċa fuq saqaf ta’ vettura.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u malli wara ttieħed Mater Dei huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi serji. 

Dwar dan il-każ, se tinħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka