Raġel fil-periklu tal-mewt wara li jottijiet ħadu n-nar fl-Imġarr

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.50am

Ritratt meħud minn Cordina Stephen (Facebook)
Ritratt meħud minn Cordina Stephen (Facebook)

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li erba' jottijiet inħakmu minn nirien fl-Imġarr Għawdex. Ir-raġel kien fuq wieħed mill-jottijiet flimkien ma' persuna oħra li wkoll iddaħlet l-isptar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.50am.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien anke jekk dħaħen baqgħu jidhru sa kmieni dalgħodu.

Iż-żewġ persuni għandhom 29 u 34 sena. Dan ta' 34 sena huwa minn Għajnsielem u qed isofri minn ġrieħi serji.

Għadu mhux magħrufx x'ikkawża n-nirien u dwar dan għaddejja inkjesta maġisterjali.

Ritratt meħud minn Stephen Cordina dalgħodu fil-5.30am
Ritratt meħud minn Stephen Cordina dalgħodu fil-5.30am

More in Kronaka