Ċiklist iweġġa' wara ħabta f'Ħaż-Żabbar

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30pm, fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun

Raġel ta’ 36 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30pm, fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun.

Ir-raġel ta’ 36 sena kien qed isuq rota meta kellu mpatt ma’ karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. 

More in Kronaka