Jitlef il-kontroll tal-mutur, jaqa' u jsofri ġrieħi gravi

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala

Reġel ta' 37 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa' minn fuqu.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post fejn irriżulta li r-raġel, Taljan, kien sofra xi ġrieħi u għalhekk issejħet l-assistenza medika.

Ix-xufier ittieħed għall-kura fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka