Erba' jingħataw ħelsien mill-arrest u tnejn jinżammu arrestati

Dawk kollha li ġew arrestati għadhom qed jgħinu b’mod attiv lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.

Fi stqarrija l-pulizija qalet illi L-investigazzjonijiet dwar l-inċident li seħħ nhar it-Tnejn u li ħalla mara mejta għadhom għaddejjin, fl-istess waqt li qed issir ukoll inkjesta Maġisterjali.

Erba’ persuni ġew rilaxxati fuq police bail u t-tnejn l-oħra għadhom taħt arrest.

Is-sitt persuni li ġew arrestati bejn it-Tnejn u t-Tlieta għadhom qed jgħinu b’mod attiv lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.

F’dan l-inċident Miriam pace ta’ 54 sena residenti l-Ħamrun tilfet ħajjitha wara li ċeda bini fi Triq Joseph Abela Scolaro, il-Ħamrun

More in Kronaka