L-uffiċċju tal-Unit għar-Regolazzjoni tal-Għasafar tas-Salvaġġ żgassat dalgħodu

Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjoni tagħhom fuq il-post

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qal illi dalgħodu persuna jew persuni mhux magħrufa żgassaw l-uffiċċju tal-Unit għar-Regolazzjoni tal-Għasafar tas-Salvaġġ, f’Santa Venera. Fil-ħin tal-allegat żgass ma kien hemm l-ebda uffiċjal, qalet l-istqarrija.

Il-Pulizija kienu mgħarrfa minnufih, u jinsabu fuq il-post għal aktar stħarriġ.

Is-Segretarjat Parlamentari jinforma lill-pubbliku li l-uffiċini ser ikunu magħluqa għall-pubbliku sakemm tinħareġ notifika oħra.

More in Kronaka