Raġel jolqot anzjan li jispiċċa jsofri minn ġrieħi gravi

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:30 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, minħabba li persuna kienet intlaqtet minn vettura.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 24 sena residenti Bormla, kien qiegħed isuq il-vettura tat-tip Kia Avella meta għal xi raġuni laqat raġel ta’ 72 sena residenti s-Swieqi. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka