Raġel arrestat wara li pinġa graffiti fil-Belt Valletta

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin

Graffiti jitfa' lil raġel fl-inkwiet | Ritratt ta' Youtube
Graffiti jitfa' lil raġel fl-inkwiet | Ritratt ta' Youtube

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta, b’rabta ma’ diversi tpinġijiet ta’ graffiti ma’ diversi binjiet fil-Belt Valletta, fl-aħħar sigħat ġie arrestat raġel Taljan ta’ 37 sena, residenti s-Swieqi.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin, akkużat b’diversi reati fosthom ta’ ħsara volontarja. Il-Pulizija tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku tal-koperazzjoni tiegħu dwar dan il-każ. 

More in Kronaka