Tigra ħatfet ras tifel ta' 3 snin f'Montekristo Zoo …kien hemm kullimkien demm

Hekk iddeskriviet l-inċident persuna li kienet hemm

rapporti fil-Malta Today qalu li miz-zoo ta' Montekristo  tigra ħatfet ras ta' tifel li kien għaddej minn ħdejha fiz-zoo ta' Montekristo. Il-pulizija kkonfermat li kien hemm inċident fiz-zoo ta' Montekristo fejn fih weġġa tfajjel li kien attakkat minn tigra. Skont xhiedha it-tigra kienet marbuta ħdejn ir-ristorant u t-tfajjel kien għaddej minn ħdejha meta din ħatfitlu rasu u gidmitha. "It-tifel ma seta xkien akbar minn tliet snin" qal xhud lil Malta Today. "It-tigra gidmitlu rasu u żammitha f'ħalqha...kullimkien kien mimli demm u l-irġiel preżenti bdew jagħtuha biex titlaqlu rasu." It-tfajjel ġie meħdu b'ambulanza l-isptar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

 

More in Kronaka