Appell biex jintbagħtu fjuri lill-immigranti mhux identifikati

Turija ta’ rispett lejn l-immigranti mejta

Turija ta’ rispett lejn l-immigranti mejta
Turija ta’ rispett lejn l-immigranti mejta

Appell mhux tas-soltu mingħand il-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei Ivan Falzon hu biex jintbagħtu fjuri lill-immigranti li tilfu ħajjithom u li nġiebu Malta aktar kmieni dalgħodu.

B’kollox iddaħħlu Malta 24 katavru li nġabru mill-baħar fl-aħħar sigħat. Dan il-ġest qed jintalab bħala turija ta’ solidarjetà ma’ dawn in-nies li tilfu ħajjithom u li probabilment ħadd minn qrabathom ma jaf x’sar minnhom u possibilment qatt mhu se jkunu identifikati.

Min irid jibgħat fjuri għandu jindirizzahom kif ġej:

Lil dawk mhux identifikati

Kamra Mortwarja

Sptar Mater Dei

Msida

 

More in Kronaka