Tfajla fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku

Tfajla oħra qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi

Matul il-lejl li għadda seħħ inċident tat-traffiku fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.

Il-Pulizija irrikorriet mal-ewwel fuq il-post u sabet vettura tal-għamla Alfa Romeo 147 li kienet maħbuta ġo siġra.  Stħarriġ preliminari juri li x-xufier li għandu 20 sena u residenti n-Naxxar kien qiegħed isuq il-vettura tiegħu fid-direzzjoni lejn Ħal-Lija, għal xi raġuni tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ siġra.

Fl-istess vettura kien hemm ukoll żewġ passiġġiera - tfajliet ta’ 18 –il sena, it-tnejn residenti Ħ’Attard.  Huma ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u waħda minnhom ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li t-tfajla l-oħra tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-ġuvni ta’ 20 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka