Malta hu pajjiż Laburist u jivvota PN meta jiġi dahru mal-ħajt

Intervista esklussiva mal-eks deputat nazzjonalista t-tabib Psaila Savona

Iltqajt mat-tabib Joe Psaila Savona fil-villa tiegħu, li tinsab qalb il-kampanja sabiħa Å»ejtunija. Għalkemm kont nafu bħala deputat Parlamentari, ma kontx nafu bħala persuna. Fid-dar tiegħu ż-Å»ejtun iltqajt ma persuna umana, sinÄ‹iera, onesta bi ftit jew xejn kantunieri u b’memorja mill-aktar luÄ‹ida ta’ dak li għadda minnu.

Stajt nilmaħ raÄ¡el li jaf x’ried mill-ħajja u x’irid bl-uniku weÄ¡għa hi li tilef lill-akbar ħabiba tiegħu, sieħba, mart u omm uliedu Liliana. Meta staqsejtu kemm ilha li mietet weÄ¡ibni mill-ewwel, “8 snin neqsin xahar u Ä¡urnata”. Kompla qalli, “niftakar fir-referendum tad-divorzju kont għidt lil saÄ‹erdot ħabib tiegħi, ‘tajba din - hawn min qed jiġġieled biex jinfired minn martu u jien ridtha tibqa u telqitni’ u sal-lum għadni nħossni miżżewweÄ¡ u mhux single.” Liliana mardet bil-kanÄ‹er u wara erba’ snin tiġġieled mal-marda mietet tliet xhur wara li rat l-ewwel wild tifel jitwieled fil-familja tagħha. Psaila Savona qalli li Liliana kienet Ä¡ejja minn familja ta’ erba bniet u kellha tliet ulied bniet u l-ewwel żewÄ¡ neputijiet kienu bniet u meta wasal l-ewwel neputi tifel, mietet wara 3 xhur, biex wara Ä¡ew tliet subien oħra wara xulxin.

Iżda ma ltqajtx mat-tabib Psaila Savona biex niddiskuti biss dwar it-telfa tiegħu, iżda dwar il-karriera politika tiegħu u l-ħsibijiet teigħu dwar il-politika fil-preżent. Tkellimna dwar is-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, ir-raÄ¡unijiet għaliex jaħseb li mar lura u jekk jarax bidliet fil-partit - illum li m’għadux involut għalkemm għadu jsegwi l-politika.

Tkellimna dwar il-passat tal-partit u ma kienx jonqos li nitkellmu dwar il-preżent tal-Partit Nazzjonalista, “Il-partit qed jinbidel mhux bil-mod radikali li hemm bżonn, iżda qed jinbidel. Joseph Muscat għandu kariżma, jaf x’għandu jgħid u x’jixtieq jisma’ l-poplu. Simon min-naħa l-oħra hu intelliÄ¡enti u onest u jimxi wisq id f’id mal-irÄ¡ulija. Imma għalkemm l-onestà sabiħa tinħtieÄ¡ ukoll il-makkakerija.”

“Malta hu pajjiż laburist u jivvota PN meta jsib ruħu dahru mal-ħajt. Ħares lejn il-passat u tara li l-PN rebħu elezzjonijiet meta kien hemm bżonn l-Indipendenza, meta kien hemm bżonn titwaqqaf il-vjolenza, meta kien hemm tnaqqir fid-demokrazija u meta riedu jidħlu fl-Ewropa. Il-bqija meta ma jkunx hemm sfidi kbar il-poplu jaqa għall-Partit Laburista. Barra hekk, l-għajta li dan il-gvern għandu hemm 20 sena qed tgħin biex ħafna nies qed jingħaqdu miegħu – għax kif jgħidu if you can’t beat them join them.”

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Intervisti