Inżilt f’xafts u skipps biex insalva ‘l qtates - Moira Delia

Intervista ma' Moira Delia fil-ġurnata li jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali iddedikat għan-nisa

 

Ma nistax ma nistaqsihiex kif jirnexxielha tleħħaq ma’ kollox, forsi għandha xi sigriet għal dawk minnha li jistgħu biss joħolmu li jleħħqu ma’ tant affarijiet f’daqqa. Tgħidli li jekk tista’ ssejjaħħlu hekk, is-sigriet tagħha huwa li tqassam tajjeb il-ħin tagħha. “Il-ħin tal-familja tiegħi huwa importanti – ikun hemm ħin fejn fih nieqaf mix-xogħol.”

Tispjegali wkoll li xogħolha mhux biss dak li jidher fuq it-televiżjoni, u li b’hekk diffiċli tgħid x’inhu xogħol u le għaliha. “Nirċevi ħafna emails u messaġġi b’rapporti -  għax jibżgħu jirrappurtaw huma stess – u b’hekk nuri wiċċi jien biex nirraporta. Xogħoli  mal-annimali ma jieqafx ma’ Animal Diaries!” Madanakollu, Moira mhux xogħol biss – anzi hemm mument li fih tieqaf sabiex ikollha ċans tiddeverti. Tgħidli li sa ċertu punt trid tkun realistika wkoll “Naf li ma nistax insalva l-annimali kollha tad-dinja, allura nagħmel dak kollu li nista’, imbagħad naraw!”

Meta nistaqsiha x’inhi l-akbar problema li n-nisa jaffaċċjaw in-nisa fis-soċjetà llum il-ġurnata, tgħidli li hija propju li jridu jleħħqu ma’ kollox. “L-akbar ġlieda għalihom hija li tkun omm u fl-istess ħin, speċjalment meta jkollok karriera. Trid tibqa’ għaddejja bil-massimu tiegħek fiż–żewġ dinjiet. Naf min għandu tlieta, jew anke erbat itfal li ma tkun faċli xejn għalihom.” Moira tkompli tispjegali kif il-mara llum il-ġurnata, l-akbar ġlieda tagħha m’għadiex l-ugwalità – għaliex illum il-ġurnata il-mara taf tkun mexxejja tajba u b’saħħitha wkoll. 

L-intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Intervisti