Metsola mhux għal Malta, hekk kif tikkarga għal pożizzjoni aktar prestiġjuża fl-Ewropa

Metsola deċiża li tkompli fi Brussels 

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

Nies viċin il-President tal-Parlament Ewropew ikkonfermaw li Roberta Metsola mhux bi ħsiebha tiċċaqlaq minn Brussels u qed tara kif tkompli f’kariga prestiġjuża u inflwenti fl-UE. Il-kariga aktarx terġa tkun dik ta’ President, imma eskluż li tikkunsidra kariga oħra. 

“Mhux ovvja li Roberta f’dan l-istadju mhux ser tikkonferma jew tinnega li għandi xi interess fil-kariga ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista, imma l-focus tagħha mhux din il-kariga.  Tifhem li hemm xewqa li hi tkun il-kap il-ġdid tal-PN imma ħarsitha hi lejn karriera fuq livell internazzjonali.”  Dan kien il-kliem ta’ persuna viċin tagħha u jifhem il-kriżi li hemm fit-tmexxija tal-PN.   

Metsola li illum titħallat mal-ogħla mexxejja tal-Ewropa u tad-dinja rebħet ir-rispett ta’ mexxejja politiċi minħabba ċ-ċarezza tad-diskors tagħha u kif ukoll l-immaġini ta’ persuna serja u ffukkata. Apparti li għandha s-sens li timxi mal-kurrent, u fejn ikun hemm bżonn tigdem ilsienha u tiġbed ħabel wieħed, bħal ma hu meta titkellem fuq l-abort f’ambjenti Ewropej. 

Apparti li l-politika Internazzjonali qegħda għal immensament għal qalbha, Metsola issa drat is-sistema politika barranija li hija aktar strutturata u ħafna drabi bla skossi kbar u sorpriżi.  Fl-ambjent Malti nies viċin tagħha qalu li din il-gazzetta li tħossha skomda. 

Tant hu hekk li Metsola taħrab li tidħol f’dibattiti jew skontri ma’ politiċi Maltin. 

L-aħħar skontra wara l-kwinti kien infatti mal-Prim Ministru Robert Abela.  Metsola bħala President tal-Parlament Ewropew ikollha d-dritt tkun preżenti fl-ogħla laqgħa tal-Unjoni Ewropeja dik tal-kunsill, fejn jiltaqgħu l-Prim Ministri kollha tal-membri tal-Unjoni Ewropeja.  

F’laqgħa minnhom kważi tlett ġimgħat ilu, l-Prim Ministru Robert Abela qam jitkellem u jindirizza lill Metsola. 

Is-sorpriża ma kienitx li hu kellimha iżda li kellimha bil-Malti u għamel punt fuq in-newtralita ta’ Malta, u anke spjegalha li l-parir tekniku u legali li kellu kien huwa solidu u bla intoppi – u li ma kien hemm ebda problemi jew kunsiderazzjonijiet ulterjoli għal pożizzjoni tan-newtralita’ ta’ Malta.   Metsola kellha tirrispondi bil-Malti u tirrikonoxxi x’kien qed igħid Abela. 

Fuq livell ieħor il-Partit Nazzjonalista jinsab konxju mill-fatt li Metsola mhix qed taħsibha li tiġi lura, imma huma mdejqa li hi qed tagħmel minn kollox biex teskludi lil Bernard Grech, il-kap tal-Partit Nazzjonalista meta torganniżża attivitajiet politiċi f’Malta.  Tant hu hekk li Grech qatt ma jkun mistieden meta tkun Malta qed tiltaqa ma’ partitarji Nazzjonalisti. 

“Illum ħa nispiċċaw bi tlett partiti Nazzjonalisti, il-Partit Nazzjonalista ta’ nies nostalġiċi Nazzjonalisti, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard u il-Partit Nazzjonalista ta’ Metsola.  Hemm bżonn li ningħaqdu kollha biex niġġieldu l-Labour,” qalilna attivist ewlieni tal-PN. 

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024