Il-Parlament Ewropew jitlob lil Malta biex tillegalizza l-abort

Il-Parlament Ewropew jivvota favur riżoluzzjoni biex l-abort jiddaħħal bħala dritt fiċ-Charter Ewropew tad-drittijiet fundamentali

Bi 336 vot favur, 163 kontra u 39 astensjoni, il-MP's Ewropej qed iħeġġu lill-istati membri biex jiddikriminalizzaw bis-sħiħ l-abort skont l-202 linja gwida tad-WHO, u biex ineħħu u jiġġieldu l-ostakli għall-abort.

F’riżoluzzjoni adottata nhar il-Ħamis, il-parlament Ewropew appella lil Malta u lill-Polonja biex jirrevokaw il-liġijiet ristrettivi fuq l-abort.

L-MPEs jikkundannaw il-fatt li l-abort qed jiġi miċħud minn prattikanti mediċi, u f’xi każijiet minn istituzzjonijiet mediċi sħaħ, fuq il-bażi ta’ “klawsoli ta’ oġġezzjoni ta’ kuxjenza”, li ħafna drabi jirriżultaw f’sitwazzjonijiet fejn id-dewmien jista’ jipperikola l-ħajja jew is-saħħa tal-pazjent.

Il-Parlament ivvota li l-metodi u l-proċeduri tal-abort għandhom ikunu parti obbligatorja mill-kurrikulu għat-tobba u l-istudenti tal-mediċina, u li metodi u provvisti kontraċettivi b’xejn għandhom ikunu disponibbli, partikolarment għal gruppi vulnerabbli.

Barra minn hekk, il-MPEs jridu wkoll li l-Kummissjoni Ewropea tiżgura li l-gruppi kontra l-għażla ma jirċievux fondi mill-UE.

Filwaqt li t-test jappella lill-istati membri, inkluża Malta, biex iwettqu ċerti miżuri, il-kura tas-saħħa fl-aħħar mill-aħħar hija kompetenza nazzjonali.
Il-bidla fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE biex tinkludi l-abort ikun teħtieġ qbil unanimu mill-istati membri kollha.

Fir-rigward tal-MPE Maltin, Il-Laburisti Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar, flimkien mal-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa ivvutaw kontra, filwaqt li l-eks prim ministru Alfred Sant astjena.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024