Kummisjoni Ewropea b’appell għall-ġganti tal-mezzi soċjali biex jissalvagwardjaw l-elezzjonijiet Ewropej

Il-KE ħarġet sejħa għall-azzjoni għall-kumpaniji ewlenin tal-midja soċjali, u ħeġġiġhom biex jiġġieldu t-theddid imminenti ta’ informazzjoni ħażina u malizzjuża fl-elezzjonijiet tal-UE li jinsabu wara l-kantuniera, bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju li ġej

B'370 miljun votant eliġibbli madwar 27 stat membru, id-domanda għal moderaturi tal-kontenut fl-24 lingwa uffiċjali tal-blokk tippreżenta sfida formidabbli
B'370 miljun votant eliġibbli madwar 27 stat membru, id-domanda għal moderaturi tal-kontenut fl-24 lingwa uffiċjali tal-blokk tippreżenta sfida formidabbli

Fi sforz biex issaħħaħ l-integrità tal-elezzjonijiet Ewropej, Il-Kummisjoni Ewropea ħarġet sejħa għall-azzjoni għall-kumpaniji ewlenin tal-midja soċjali, u ħeġġiġhom biex jiġġieldu t-theddid imminenti ta’ informazzjoni ħażina u malizzjuża fl-elezzjonijiet tal-UE li jinsabu wara l-kantuniera, bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju li ġej.

Il-linji gwida, addattati għal-pjattaformi online li għandhom aktar minn 45 miljun utent attiv fl-UE u ġew imfassla taħt l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA). 

Filwaqt li l-linji gwida nfushom mhumiex marbuta legalment li jissegwu, il-Kummissjoni Ewropea tista’ teżerċita l-awtorità li tinstiga proċeduri formali kontra kwalunkwe pjattaforma li tinstab tiddevja mill-istipulazzjonijiet deskritti fid-DSA. Il-penali għan-nuqqas ta' konformità jistgħu jestendu għal multi li jammontaw għal 6% tal-global turnover għall-pjattaformi implikati u kumpaniji ta' search engines bħal Google.

Din l-inizjattiva hija pass kruċjali fl-isforz miftiehem ta' Brussell biex irażżan it-tendenza tal-industrija tat-teknoloġija lejn l-awtoregolazzjoni, li ġiet ikkritikata bħala inadegwata u kompjaċenti fis-salvagwardja tal-valuri demokratiċi.

Kumpaniji ewlenin tat-teknoloġija inklużi Google, Meta u TikTok diġà bdew bil-ħidma billi stabbilixxew ċentri elettorali ddedikati biex jiġġieldu l-informazzjoni ħażina dwar il-vot imminenti.

Hekk kif il-Kummissjoni qed tipprepara biex tittestja dawn ir-regoli mal-pjattaformi rilevanti sal-aħħar ta’ April, it-tħassib jidher kbir dwar l-adegwatezza tar-riżorsi, partikolarment fid-dawl tal-kumplessitajiet lingwistiċi inerenti fl-UE. Bi 370 miljun votant eliġibbli madwar 27 stat membru, id-domanda għal moderaturi tal-kontenut profiċjenti fl-24 lingwa uffiċjali tal-blokk tippreżenta sfida formidabbli.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024