Mexxejja tal-UE jsegwu l-indikazzjoni tal-Istati Uniti dwar il-waqfien mill-ġlied f'Gaża

Metsola ttenni t-talba għal waqfien mill-ġlied f’Gaża hekk kif tipproponi Task Force ekonomika tal-UE tal-Baħar l-Aħmar

Il-president tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola pproponiet li jitwaqqaf task-force mmexxi mill-UE biex “jassessja konsegwenzi soċjaekonomiċi” mir-ritaljazzjoni tal-Baħar l-Aħmar tar-ribelli Houthi bħala rispons għall-gwerra f’Gaża. 

“Hemm irwol għall-Ewropa hawnhekkk ukoll,” qalet lill-mexxejja tal-UE fi Brussel, dakinhar li l-prim ministri ewropej talbu għall-waqfa mill-ġlied hekk kif it-traġedja umanitarja tkompli f’Gaża. 

“Is-sitwazzjoni umanitarja f’Gaża hija ddisprita,”qalet Metsola. “Aħna rridu nużaw l-għodda li għandna sabiex inwasslu xi għajnuna. Nilqa’ lill-Inizjattiva Amalthea u nixtieq nirringrazzja liċ-Ċipru għat-tmexxija tiegħek. Madanakollu, it-tqassim ta’ għajnuna mill-art jibqa’ l-aqwa mezz biex inwasslu l-ammont li rridu.”

Metsola qalet li l-Parlament Ewropew se jibqa’ jimbotta għall-waqfa mill-ġlied u li jinħelsu l-ostaġġi. 

“Aħna ngħarrfu li l-Ħamas ma jistax ikomli jopera b’impunità. Għalhekk qed nitolbu għall-konklużjonijiet ċari fuq dan biex ikollna direzzjoni ‘l quddiem.”

Wara 166 jum ta’ attakki mill-arju u tal-art mill-Iżrael, il-Ħamis, mexxejja ewropej appellaw għall-waqfien mill-ġlied fejn wrew unanimità fuq il-każ għall-ewwel darba minn Ottubru. 

Bl-aħbar mill-Istati Uniti li se jipproponi riżoluzzjoni fil-Kunsill Sigur tan-Nazzjonijiet Uniti nhar il-Ġimgħa għall-waqfien mill-ġlied, is-27 stat membru tal-UE taw il-kunsens tagħhom għall-ewwel darba.  

L-operazzjoni tal-Iżrael qatlet iktar minn 30,000 Palestinjan skont il-ministru għas-saħħa ta’ Gaża. Eluf ta’ tfal u nisa tilfu ħajjithom. 

Josep Borrell, l-għola repreżentattiv fl-UE, u gruppi oħra ta’ għajnuna wissew ir-riskju ta’ ġuħ u għaks f’Gaża. Nofs il-popolazzjoni ta’ Gaża tinsab f’xifer ta’ għaks. 

Il-kriżi ta’ ġuħ qed teskala hek kif truppi Iżraeljani jkompli bl-attakki tagħhom. 

Fi stqarrija stampa wara summit, Michel u l-Presidet tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen wissew dwar il-kriżi li qed teskala fil-Lvant Nofsani.

Micheal appella lill-gvern Iżraeljan biex jieqaf milli jniedi operazzjoni f’Rafah, il-post li fih l-Iżrael idderieġa 1.4 miljun Palestinjan waqt il-bumbardament u l-operat tagħhom fl-enklavi. "Aħna nemmnu fil-liġi internazzjonali, nemmnu fil-liġi umanitarja internazzjonali, u għalhekk għandu jsir kollox biex nikkonvinċu, biex niżguraw li hemm possibbiltà reali għal aktar aċċess umanitarju," qal fil-konferenza stampa.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024