Il-PE mistenni jieħu l-Kumissjoni Ewropea l-Qorti fuq fondi mogħtija lill-Ungarija

Il-mexxejja tal-gruppi politiċi għandhom jiltaqgħu l-Ħamis biex jagħtu jieħdi l-aħħar deċiżjoni sabiex il-President Roberta Metsola tressaq lill-Kummissjoni quddiem il-qorti qabel il-25 ta’ Marzu

Il-Parlament Ewropew se jħarrek lill-Kummissjoni Ewropea talli ddeċidiet li twaqqaf l-iffriżar ta’ biljuni ta’ fondi lill-Ungerija. 

Skont Politico, it-Tnejn, il-kumitat legali tal-Parlament Ewropew vvota kważi unanimament – 16-il vot favur u wieħed kontra – sabiex il-Kummissjoni titla’ quddiem il-qrati talli kisret l-obbligazzjoni li tipproteġi flus dawk li jħallsu t-taxxi milli jintefqu b’mod traskurat. 

F'Diċembru li għadda, il-Kummissjoni żblokkat €10.2 biljun f'fondi ta' koeżjoni tal-UE ffriżati li kienu allokati għal Budapest. Dan l-ammont kien qed jinżamm minħabba tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

Id-deċiżjoni ttieħdet ġurnata qabel summit tal-UE fejn il-mexxejja kienu ltaqgħu biex jiddiskutu għajnuna ġdida lill-Ukrajna u l-ftuħ ta’ negozjati ta’ adeżjoni għal Kyiv. Il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orbán, kien hedded li jmur kontra u jimblokka l-għajnuna u n-negozjati. 

Bħala reazzjoni mill-MEPs għad-d-deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen li tneħħi l-iffriżar tal-fondi, kienet waħda negattiva. L-MEPs akkużawha li kient ċediet għar-rikatt ta’ Orbán.

Il-mexxejja tal-gruppi politiċi għandhom jiltaqgħu l-Ħamis biex jagħtu jieħdi l-aħħar deċiżjoni sabiex il-President Roberta Metsola tressaq lill-Kummissjoni quddiem il-qorti qabel il-25 ta’ Marzu. 

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024