Il-Parlament Ewropew b'kundanni kontra Lukashenko u l-għajnuna li qed jagħti lil Putin

L-MEPs ikkundannaw ukoll il-fatt li l-Bellarussja ħalliet truppi Russi u armi jgħaddu mit-territorju tagħha, ħalliet lir-Russja tuża l-arja Russa u anke ippermettiet il-ħażna tal-armi russi

Vladimit Putin u warajh Aliksander Lukashenko
Vladimit Putin u warajh Aliksander Lukashenko

Il-Parlament Ewropew ikkundanna b'mod mill-aktar qawwi l-appoġġ li l-Bellarussja għadha qed tagħti lill-Gvern Russu ta' Vladimir Putin, permezz tat-dittatur Aliksander Lukashenko. F'riżoluzzjoni fil-fatt, li kienet adottata permezz ta' vot billi l-MEPs għollew idejhom, il-Parlament wera' kundanna għall-mod kif Lukashenko qed jassisti "il-gwerra illegali tar-Russja fuq l-Ukrajna, inkluż ir-referendum biex ikun ikkreat mill-ġdid l-istatus nukleari." Huma kkundannaw ukoll il-fatt li l-Bellarussja ħalliet truppi Russi u armi jgħaddu mit-territorju tagħha, ħalliet lir-Russja tuża l-arja Russa u anke ippermettiet il-ħażna tal-armi russi. 

Il-Membri Parlamentari li vvutaw qalu illi jikkunsidraw lir-reġim tal-Bellarussja responsabbli wkoll għall-attakk fuq l-Ukrajna li jfakkru illi jfisser li dan il-pajjiż għandu jġorr ir-responsabilità u konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu. 

Huma nnutaw ukoll l-irwol dejjem jiżdied tar-Russja fil-Bellarussja, inkluż l-influwenza finanzjarja, li jisħqu illi tqajjem dubji sejri dwar l-abilità tal-Bellarussja biex tieħu deċiżjonijiet sovrani. 

Sanzjonijiet ugwali għall-Bellarussja wkoll

Fid-dawl ta' dan kollu għalhekk il-Parlament laqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għas-sitt pakkett ta' sanzjonijiet kontra r-Russja u anke l-Bellarussja u appellat biex il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill jassiguraw implimentazzjoni komprensiva u spedita. Huma qed jappellaw ukoll biex is-sanzjonijiet Ewropej kollha kontra r-Russja ikunu jgħoddu wkoll għall-Bellarussja u implimentati kif suppost, inkluż sanzjonijiet tal-futur.

Ir-riżoluzzjoni tissottolinea l-bżonn ta' investigazzjoni komprensiva fir-reati li wettaq Lukashenko u r-reġim tiegħu u tappella lill-pajjiżi ewropej biex japplikaw il-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali u tipprepara każi l-qorti kontra uffiċjali mill-Bellarussja li huma responsabbli jew kompliċi fi vjolenza jew ripressjoni, inkluż kontra Lukashenko nnifsu.

Ir-riżoluzzjoni tikkundanna b'qawwa l-arrest u detenzjoni riċenti ta' mexxejja ta' trejd unjins mill-awtoritajiet u tgħid li dan jirrapreżenta attakk fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. "Dawk arrestati għandhom jinħelsu b'mod immedjat," tisħaq ir-riżoluzzjoni. 

Il-Parlament ikkundanna wkoll il-bidliet li saru fil-Kodiċi Kriminali, inkluż l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kodiċi kriminali għal "atti ta' attentat terroriżmu." Il-Membri Parlamentari Ewropej qal li din il-mossa tista' tintuża kontra l-avversarji politiċi tar-reġim hekk kif ħafna priġunieri diġà kienu sentenzjati għal sentenzi twal ta' ħabs taħt proviżjonijiet ta' terroriżmu.

Għalhekk qed jitolbu għat-tneħħija tal-piena tal-mewt, fuq bażi permanenti. 

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024