551 MEP jivvutaw favur Hyzler sabiex ikun appuntat fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Hyzler se jkun qed jieħu post Leo Brincat, li f'Settembru li ġej jgħalaqlu t-terminu. 

Il-Kummissarju Malti għall-Istandards George Hyzler kiseb il-pożizzjoni tiegħu bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara li l-Parlament Ewropew ivvota favur tiegħu. Fil-fatt Hyzler kiseb il-kariga b'551 MPE jivvutaw favur tiegħu, 33 MPE biss vvutaw kontrih, filwaqt li 45 MPE astjenew mill-vot.

L-MEP rapporteur Angelika Winzig ressqet il-proposta lill-plenarja biex Hyzler jinħatar bħala awditur.

Hyzler se jkun qed jieħu post Leo Brincat, li f'Settembru meta l-mandat tiegħu ta’ ħames snin jintemm. Hyzler kien nominat mill-Gvern Malti, aktar kmieni din is-sena.

Hyzler bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Kummissarju tal-Istandards, rwol ġdid li daħal fis-seħħ fl-2018. L-investigazzjonijiet tal-etika tiegħu matul dawn l-aħħar snin wasslu għar-riżenja tal-eks ministru Justyne Caruana u tal-eks segretarja parlamentari Rosianne Cutajar.

Huwa se jkollu jirriżenja minn Kummissarju tal-Istandards sena qabel jintemm il-mandat tiegħu

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024