Is-sentenzi tal-iSLAPPs barra l-UE m'għandhomx jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri - KE

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi direttiva biex tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew li tiggarantixxi protezzjoni tal-ġurnalisti

Illum il-Kummissjoni Ewropea (KE) ipproponiet direttiva biex tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew li tiggarantixxi protezzjoni tal-ġurnalisti minn stati membri Ewropej minn sentenzi li ġejjin minn pajjżi terzi u anke minn pajjiżi Ewropej. Din id-direttiva tgħid li l-istati membri kollha m'għandhomx jirrikonoxxu sentenzi minn pajjiżi terzi jekk jinstabu li huma bla bażi jew abbużivi, skont ma tgħid il-liġi tal-istat membru tal-ġurnalist. Apparti minn hekk, il-ġurnalist li jkun qiegħed jaffaċċja SLAPP, taħt din id-direttiva, ikun jista' jitlob kumpens għad-danni u l-ispejjeż, mill-istess pajjiż li jkun jgħix fih.

L-iSLAPP, jiġifieri kawża strateġika li twaqqaf mill-parteċipazzjoni pubblika, fi ftit kliem tintuża biex tintimida lill-ġurnalisti milli jippublikaw artikli jew inkella biex iħassru artikli diġà ppublikati. Din tkun intimidanti għal ħafna ġurnalisti u kmamar tal-aħbarjiet hekk kif f'ħafna każi jinfetħu f'pajjiżi terzi u dan ikun ifisser spejjeż enormi għall-ġurnalist. Spejjeż li jistgħu saħansitra jwasslu għall-falliment tal-ġurnalist jew il-kamra tal-aħbarjiet. 

Il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza Věra Jourová qalet li, "f'demokrazjia l-flus u l-poter m'għandhom jintużaw qatt biex jaħbu l-verità. B'dawn il-miżuri se ngħinu biex nipproteġu lil dawk li jagħżlu li jirriskjaw u jitkellmu f'isem l-interess pubbliku." 

Id-direttiva proposta mill-Kummissjoni tgħid ukoll li l-Qorti tista' twaqqaf il-każ minnufih jekk tara li dan ikun bla bażi. F'dawn iċ-ċirkostanzi, irid ikun il-persuna li fetaħ il-kawża li jara li l-każ ikollu bażi u mhux il-ġurnalist li qed jiġi akkużat. Jekk il-każ jinstab li huwa abbużiv, jiġifieri qiegħed jintuża biex jintimida lill-ġurnalist milli jippubblika l-materjal li jixtieq, il-persuna li jkun fetaħ il-kawża irid iħallas l-ispejjeż kollha inkluż dawk tal-avukati tal-ġurnalist. Il-KE, bil-għan li jitnaqqas l-abbuż lejn il-ġurnalist, tgħid li l-Qrati jistgħu jagħtu multi lil dawk li fetħu l-kawża, ladarba tinstab li tkun bla bażi. 

Il-Kummissarju għall-Ġustizzja Didier Reynders qal li l-Unjoni Ewropea dejjem se tipproteġi dak li hu tajjeb. "Illum, ħadna pass importanti biex inkunu nistgħu nipproteġu lill-ġurnalisti u s-soċjeta ċivili li qed jiġu mhedda bl-iSLAPPs." 

'Huwa ta' sodisfazzjon kbir li nara progress sinifikanti fil-libertà tal-istampa fl-Ewropa'

L-MEP u l-Ko-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Midja, David Casa, laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jitnaqqsu l-kawżi tal-iSLAPP.

"Wara erba' snin ta' xogħol iebes, huwa ta' sodisfazzjon kbir li nara progress sinifikanti fil-libertà tal-istampa fl-Ewropa," qal Casa. Bħala Ko-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Midja, Casa kien involut b’mod sinifikanti biex iqajjem kuxjenza fi Brussell u favur soluzzjoni legali madwar l-Ewropa kollha biex jiġu indirizzati kawżi abbużivi. Fil-Parlament Ewropew, mexxa sforzi politiċi minn akkademiċi, ġurnalisti, u attivisti biex itemmu din il-kwistjoni.

Id-Direttiva, imħabbra llum mill-Viċi President tal-Kummissjoni Vera Jourová, tindirizza żewġ ostakli legali ewlenin li ppermettew li liġijiet vessatorji jiġu ppreżentati f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

'Huwa ta' sodisfazzjon kbir li nara progress sinifikanti fil-libertà tal-istampa fl-Ewropa'

L-Membru EwroParlamentari u l-Ko-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Midja, David Casa, laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jitnaqqsu l-kawżi tal-iSLAPP.

"Wara erba' snin ta' xogħol iebes, huwa ta' sodisfazzjon kbir li nara progress sinifikanti fil-libertà tal-istampa fl-Ewropa," qal Casa. Bħala Ko-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Midja, Casa kien involut b’mod sinifikanti biex iqajjem kuxjenza fi Brussell u favur soluzzjoni legali madwar l-Ewropa kollha biex jiġu indirizzati kawżi abbużivi. 

Id-Direttiva, imħabbra llum mill-Viċi President tal-Kummissjoni Vera Jourová, tindirizza żewġ ostakli legali ewlenin li ppermettew li liġijiet vessatorji jiġu ppreżentati f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

“Ninsab kuntent nara li dak li qed tipproponi l-Kummissjoni huwa eżattament dak li ilna nikkampanjaw għalih aħna. Qed naraw li t-turiżmu ta' libell qed jiġi indirizzat, li bħalissa jippermetti lin-negozji jfittxu kmamar żgħar tal-aħbarijiet f'ġurisdizzjonijiet b'multi ħafna aktar ħorox. Barra minn hekk id-Direttiva se tipprevedi wkoll pieni dissważivi għal prattiki abbużivi," qal Casa. 

Tajjeb li nfakkru li l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-MEP Ġermaniż Tiemo Wölken kienu parti minn din il-ħidma favur aktar protezzjoni għall-ġurnalisti. 

Casa spjega li l-kawżi SLAPP laħqu l-quċċata tagħhom f’Malta fl-2017 meta ġurnalisti bħal Daphne Caruana Galizia rċivew għexieren ta’ kawżi foloz ta’ malafama, fosthom libell kriminali u ittri intimidanti mill-Bank Pilatus. Apparti minn hekk bejn l-2010 u l-2021, Malta kellha l-ogħla numru ta’ każi SLAPP per capita fl-Ewropa.

“Meta din il-kwistjoni tfaċċat f’Malta, kienet meqjusa bħala kwistjoni kumplessa li kienet tinvolvi aspetti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali privat. Huwa sinjal inkuraġġanti li mmobilizzajna appoġġ fuq livell Ewropew”, kompla Casa.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024