Macron, Enrico Letta, Robert Abela u Charles Michel fost dawk li llejla jfakkru lil Sassoli fi Strasburgu

... u se tiftaħ it-tislima tal-Parlament Ewropew Roberta Mestola

Illejla l-Parlament Ewropew ifakkar lil David Sassoli
Illejla l-Parlament Ewropew ifakkar lil David Sassoli

Fis-sitta tal-lejla l-Parlament Ewropew se jkun qed ifakkar lill-eks President tal-Parlament Ewropew David Sassoli li miet nhar il-11 ta' Jannar li għadda, għax-xokk ta' ħafna minn dawk li jaħdmu f'din l-istituzzjoni. 

Illejla fi Strasburgu se jkunu qed jattendu diversi politiċi, fosthom il-Prim Ministru Malti Robert Malti, kif ukoll l-eks PM Taljan Enrico Letta - ħabib kbir ta' Sassoli li kien ukoll Taljan - il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel kif ukoll il-President Franċiż Emmanuel Macron.

Naturalment għal din l-attività se jkunu qed jattendu l-familjari ta' Sassoli. 

Is-sit illum.com.mt jinsab fi Strasburgu minn fejn se jkun qed jirrapporta f'aktar dettall dak kollu li se jkun qed iseħħ bejn illum u għada t-Tlieta, meta se tkun qed issir l-elezzjoni għall-President tal-Parlament Ewropew. Il-Maltija u l-Viċi President kurrenti tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola hija waħda mill-kandidati għal din l-elezzjoni, flimkien ma' kandidati oħrajn fosthom mill-Ħodor Ewropej u x-Xellug. 

David Sassoli
David Sassoli

F'konferenza għall-ġurnalisti preżenti fil-Parlament Ewropew kien deskritt il-proċess għada t-Tlieta. 

Biex kandidiat ikun elett ikun irid jikseb 50% + 1 fl-ewwel votazzjoni li ser tibda fid-9:30 a.m u tibqa' għaddejja sal-10:30 a.m. Fil-11:00 a.m imbagħad jitħabbar ir-riżutat u jekk ħadd ma jikseb il-50% + 1 tal-voti l-Parlament imur għat-tieni għadd fil-11:30 a.m. Mill-ġdid jekk ħadd ma jikseb maġġoranza asosluta l-Parlament imur għat-tielet għadd, u jekk mill-ġdid ma tintlaħaqx maġġoranza assoluta l-iktar żewġ kandidati li kisbu voti jmorru għar-raba' u l-aħħar għadd ta' vot. 

Wara imbagħad jibda l-għadd dwar il-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew. 

 

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024