'Il-vuċi tal-konsumaturi għandha tingħata widen fir-reviżjoni tas-settur tal-Assigurazzjoni' - Alfred Sant

Alfred Sant qal li għall-fini tal-konsumaturi u dawk li għandhom il-poloz tal-assigurazzjoni, qafas rivedut għall-futur għandu jara li jitjiebu l-kwalita’ tad-dejta, il-koerenza kif ukoll it-trasparenza

Fid-dibattitu dwar il-futur sostenibbli tas-settur Ewropew tal-Assigurazzjoni, il-vuċi tal-konsumaturi, tal-investituri żgħar u ta’ dawk kollha li għandhom polza tal-assigurazzjoni, jinħtieġ li jinstemgħu u jingħataw il-piż dovut għax dan sa issa ma kienx il-każ, qal l-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant waqt laqgħa ta’ grupp ta’ ħidma speċjalizzat dwar is-servizzi finanzjarji.

Waqt li kien qed jindirizza lill-Grupp Kangaroo, entita’ ddedikata sabiex jitneħħew l-ostakli għall-moviment liberu ta’ merkanzija, servizzi, persuni u kapital fl-Unjoni Ewropea, Alfred Sant qal li għall-fini tal-konsumaturi u dawk li għandhom il-poloz tal-assigurazzjoni, qafas rivedut għall-futur għandu jara li jitjiebu l-kwalita’ tad-dejta, il-koerenza kif ukoll it-trasparenza.

“Iżda xi deċiżjonijiet iebsa se jkollhom jittieħdu u dawn m'għandhomx jittardjaw. Għandhom jiġu proposti fuq kriterji ta’ ċarezza teknika u plawsibbiltà li jgħin biex mbagħad id-deċiżjonijiet politiċi li għandhom isegwu, ikunu kemm ikunu iebsin, jkunu sensibbli, ħielsa mid-dogma u tajbin għal dawk li għandhom polza tal-assigurazzjoni ”, qal Alfred Sant.

Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tikkunsidra l-possibbiltà li tirrevedi r-regolament delegat Solvency 2. Fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni, bagħatet żewġ sejħiet għal parir tekniku lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet (EIOPA).

Solvency 2 hija qafas armonizzat għad-ditti tal-assigurazzjoni, introdott fl-2009 biex jissostitwixxi taħlita ta’ regoli fl-oqsma tal-assigurazzjoni, life u non-life, kif ukoll tar-riassigurazzjoni. Ir-regoli tas-Solvency 2 jintroduċu rekwiżiti mfassla għar-riskji speċifiċi, li kull assiguratur iġorr. Huma jippromwovu t-trasparenza, il-komparabilità u l-kompetittività fis-settur tal-assigurazzjoni.

Fl-intervent tiegħu, Alfred Sant qal li r-reviżjoni tas-Solvency 2 se tkun sfida intellettwali u teknika iebsa għal dawk kollha involuti. Huwa nnota li l-partijiet interessati kollha jaqblu li Solvency 2 hija meħtieġa bħala għodda biex tirregola l-industrija tal-assigurazzjoni fuq skala Ewropea u li għamlet servizz tajjeb għalkemm ma taqbilx dwar kemm kienet tajba.

Alfred Sant qal li kienet vera li l-persistenza ta’ rati tal-imgħax baxxi u negattivi, kif ukoll il-pandemija tal-Covid, ħolqu nċertezzi li huma ta’ tħassib dirett għall-assiguraturi u r-regolaturi tagħhom.

“Madankollu n-natura tal-kritika ppreżentata, tindika li d-diverġenzi fl-apprezzament imorru aktar fil-fond. L-assiguraturi jsostnu fost oħrajn, li s-Solvency 2 kienet nieqsa mill-proporzjonalità, kienet burokratika wisq, introduċiet rappurtar tqil u bla bżonn u ħolqot inibizzjonijiet għall-possibbiltajiet ta’ investiment għall-assigurazzjonijiet”.

“B'kuntrast, l-EIOPA, il-korp li jirregola l-assigurazzjoni fl-Ewropa, fl-opinjoni tagħha, iddikjara li ftit hemm bżonn li jinbidel fil-qafas tas-1Solvency 2, ħlief għall-proċeduri sekondarji. Min-naħa l-oħra, l-assiguraturi jsostnu li jekk il-parir tal-EIOPA jiġi segwit, ikun hemm aktar regolamentazzjoni żejda li tkompli tnaqqas il-vantaġġ kompetittiv tal-assiguraturi Ewropej globalment u l-propensjoni tagħhom li jinvestu ”, spjega Alfred Sant.

Il-parteċipanti fil-laqgħa tal-grupp ta’ ħidma kienu jinkludu Membri tal-Parlament Ewropew, rappreżentanti tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea u l-membri tas-servizzi finanzjarji tal-Grupp Kangaroo jiġifieri Alliance, Generali u EY (l-Irlanda

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024