'Id-Digital Green Pass huwa d-dritt ta' ħafna ħaddiema li jaqilgħu l-għixien tagħhom' - Alfred Sant

Dan kollu ħareġ fit-tieni sezzjoni tas-serje 'You ask, MEPs answer' 

L-Ewroparlamentari Alfred Sant hu favur id-'Digital Green Pass' mhux biss għax b'hekk Malta tassigura li t-turisti jkunu vaċċinati iżda wkoll għax bis-saħħa ta' dan il-passaport, negozji f'Malta li jiddependu fuq it-turiżmu se jkollhom iċ-ċans li jerġgħu jiġu fuq saqajgħhom. 

Meta mistoqsi x'jaħseb fuq kif il-passaport se jkun qiegħed jhedded il-liberta' tal-moviment, il-Kap tad-delegazzjoni tal-MEPs Laburisti sostna li 'd-Digital Green Pass huwa d-dritt ta' ħafna ħaddiema li jaqilgħu l-għixien tagħhom'. Sant kompla jgħid li bħalma għandu ikun aċċettat li hawn minn ma jridx jieħu vaċċin, nies li ma jieħdux vaċċin iridu jifhmu li huma se jkunu restritti fejn se jmorru.

Dan kollu ħareġ fit-tieni sessjoni tas-serje 'You ask, MEPs answer' organizzata minn JCI Malta f'kollaborazzjoni mal-Uffiċju tal Parlament Ewropew f'Malta. 

Alfred Sant ġie mistoqsi diversi domandi oħra li jmissu ma' diversi sferi ta' xogħlu, fosthom x'jaħseb dwar is-saħħa mentali kważa tal-pandemija kif ukoll x'jaħseb dwar il-midja soċjali.

Din is-serje ta' Q&A se tibqa' għaddejja tul Mejju u Ġunju, b'MEP differenti intervistat kull darba.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024