Beda l-proċess tas-sorting tal-voti, l-assistenti kummissarji qed jaqbdu vot vot, jivverifikaw li ġie mmarkat tajjeb u jdawruh biex jikkonfermaw li jinkludi t-timbri kollha.
Minn wara l-perspex, l-aġenti tal-partiti qed josservaw b'reqqa ix-xogħol tal-assistenti kummissarji waqt li jieħdu nota tal-vot bin-numru wieħed fuq kull dokument tal-vot.
Wara kull tant żmien l-aġenti jaqbdu il-karta fej qed jimmarkaw il-voti, u jagħdduha lura lill-kollegi tagħhom biex dawn mbad jagħdduhom minn naħa tagħhom fil-kamra tal-partit tagħhom li hawn fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti.
Kull partit mill-ewwel jibda jevalwa id-data li qed jagħddulhom l-aġenti minn wara l-perspex biex jibdew ifasslu indikazzjoni ta' kif sejjer l-għadd tal-voti, liema partit jidher fuq quddiem u b'kemm.