ARA|Roberta Metsola tivvota f’Tas-Sliema u tappella għall-parteċipazzjoni fil-vot
Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola tefgħet il-vot tagħha f’Tas-Sliema u appellat lill-elettorat biex jagħmel użu mid-dritt demokratiku tiegħu
Il-President tal-Parlament Ewropew u Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola tefgħet il-vot tagħha f’Tas-Sliema s-Sibt waranofsinhar.
Wara li vvutat, Metsola tkellmet mal-ġurnalisti barra l-post tal-votazzjoni fejn appellat lill-votanti biex joħorġu jivvutaw.
“Dan huwa jum importanti għall-pajjiż,” qalet Metsola.
Hija ħeġġet lill-elettorat jagħmel użu mid-dritt tiegħu tal-vot u jipparteċipa fil-proċess demokratiku.
Metsola kienet waħda mill-aktar figuri prominenti tal-Partit Nazzjonalista matul il-kampanja elettorali, fejn ħadet sehem f’diversi attivitajiet u laqgħat madwar Malta u Għawdex.
Il-vot tagħha jasal hekk kif il-pajjiż kollu qed jivvota fl-elezzjoni ġenerali li se tiddeċiedi l-kompożizzjoni tal-Parlament u l-Gvern għall-ħames snin li ġejjin.
Jaelle Borg hija ġurnalista ma' din il-gazzetta kif ukoll ġurnalista tal-qorti u tinsab ...