Nitkellmu ma’ Jo Etienne Abela

Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela, kandidat fuq it-13-il distrett f’isem il-Partit Laburista, tkellem ma’ din il-gazzetta 

Meta tħares lura lejn il-mandat tiegħek, x’tikkunsidra bħala l-aktar kisba sinifikanti fil-minister tiegħek, u x’impatt kellha fuq ħajjet in-nies? 

 Il-ħolqien tal-1400 li fl-ewwel sena minn meta ġie varat dan il-helpline, qeda 35,000 persuna b’kundizzjonijiet t’urġenza u franka 15,000 ammissjoni fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Imma kisba oħra importanti kienet il-ħolqien tas-CAYS unit fir-Rabat Għawdex u Birkirkara li joffru servizz ta’ kwalità u dinjità lil eluf ta’ tfal u żgħażagħ bi problemi ta’ żvilupp u saħħa mentali. 

Meta tħares lura, hemm xi deċiżjoni li kont tieħu b’mod differenti? U kieku kellek l-opportunità terġa’ tieħu dik id-deċiżjoni, x’kont tbiddel?
 
Hemm diversi, imma nemmen li l-importanti huwa li tgħallimt minn kull waħda minnhom.  

X’inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaffaċċja l-pajjiż fil-ħames snin li ġejjin? 

  1. Il-loġistika u l-ħtiġijiet li jistgħu jiġu impattati minn gwerra li taf it-tul.  
  2. Espansjoni tal-infrastrutura essenzjali li tindirizza l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni li tista’ tikber. 
  3. Il-pjanijiet li jkomplu jsaħħu trasport tal-massa, ħa jkunu kruċjali biex tiġi indirizzata l-isfidi tat-traffiku.

 X’wasslek biex tikkontesta l-elezzjoni?
 
Kuntent li fil-leġiżlatura li qed tispiċċa, ħdimt bla waqfien biex inwettaq dak meħtieġ minni. Lest li nkompli naħdem għal pajjiżi. 

 Semmi kwistjoni li int partikolarment appassjonat dwarha u għid għaliex?
 
L-imħabba lejn l-annimali, speċjalment klieb u qtates, u nieħu pjaċir meta l-Gvern u s-soċjetà jtejbu l-kundizzjoni ta’ dawn il-ħbieb tagħna. 

 Barra mill-politika, kif tħobb tqatta’ l-ħin liberu tiegħek? 
Fil-ħin liberu nħobb ħafna l-films u ċ-ċinema, kif ukoll naqra u nistudja kotba fuq l-istorja. 

More in Elezzjoni 2026