Robert Abela jressaq in-nomina tiegħu għall-elezzjoni ġenerali

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista se jikkontesta fit-tieni u l-ħames distrett elettorali, l-istess distretti li kien ikkontesta fl-elezzjoni tal-2022

Ritratt: DOI
Ritratt: DOI

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela ressaq uffiċjalment in-nomina tiegħu biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Abela se jkun qed jikkontesta fit-tieni u l-ħames distrett elettorali, l-istess distretti li kien ikkontesta fl-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2022.

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, Abela kiseb 11,694 vot fit-tieni distrett u 9,996 vot fil-ħames distrett.

Il-Prim Ministru ntlaqa’ mill-Kummissarju Elettorali Joseph Camilleri waqt li kien qed iressaq in-nomina tiegħu fl-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar.

L-elezzjoni ġenerali li jmiss se ssir fit-30 ta’ Mejju.

More in Elezzjoni 2026