Trikki trakki bejn iż-żewġ partiti

Mhux ċar jekk l-allegat kuntrabandist tal-fuel huwiex Darren Debono jew Gordon Debono 

 

Kienet ġimgħa aktar imqanqla mill-ġimgħa ta’ qabel, fejn rajna l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jisparaw lejn xulxin fuq l-allegat kuntrabandist taż-żejt. Isem li l-Prim Ministru Robert Abela ma jridx jikxef imma li jista’ jkun aktar minn isem wieħed. Din il-gazzetta ma setgħetx tikkonferma jekk il-Prim Ministru kienx qed jirreferi għal Darren Debono jew għal Gordon Debono. 

Kienet il-ġimgħa meta ż-żewġ partiti xprunaw ruxxmata ta’ proposti ġodda bil-għan li jikkompetu ma’ xulxin. Ġimgħa ddominata minn bidliet fil-faxex tat-taxxi, kif ukoll għotjiet sostanzjali għal kull settur u bidliet radikali fit-taxxa tas-suċċessjoni mill-PN. U fil-Partit Laburista kien hemm għarfien li l-kap tal-PN Alex Borg kellu għalfejn jittieħed aktar bis-serjetà mill-predeċessuri tiegħu Adrian Delia u Bernard Grech. 

Rajna wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg u l-Prim Ministru Robert Abela jkomplu jindirizzaw il-mass rallies. Fil-bidu tal-ġimgħa rajna l-bidu ta’ trikki trakki bl-allegazzjoni u r-reazzjoni tal-Prim Ministru għas-suġġeriment tal-PN li jbiddlu l-Hurds’ Bank f’fuel hub. Robert Abela kien pront u allega li l-PN ħa din l-idea mill-ikbar kuntrabandist ta’ Malta, proposta skont Abela li l-Gvern kien skarta. Allegazzjoni li Borg innegaha permezz ta’ affidavit ġuramentat u argumenta li l-idea u l-proposta ġiet imfassla mill-Inġinier Oliver Cini li huwa wkoll kandidat tal-PN. 

Kien hemm sentiment li l-PN beda jirranka mill-ġimgħa l-oħra b’aktar attivisti u persuni preżenti fir-rallies tagħhom. Iżda minkejja kollox sondaġġ minn Vincent Marmara baqa’ juri li l-PL għadu fuq quddiem b’29,000 vot. Meta staqsejna żewġ osservaturi politiċi fuq dan ir-riżultat qalulna hekk: 

“Naħseb li dak is-sondaġġ għandu d-difetti kbar tiegħu, fosthom li ma jikkunsidrax u jelimina dawk li ma rrispondewx. Diġà kien mar żmerċ fl-aħħar sondaġġ tal-Parlament Ewropew meta qal li l-Labour ħa jirbaħ b’27,000 vot u infatti rebaħ bi 8,000 vot. Apparti hekk, ma nafx kemm jaqbel għal-Labour li juri li qed igawdi minn distakk kbir. 

L-osservatur l-ieħor qal: “Sondaġġi oħra mhux qed jaqblu ma’ dawn iċ-ċifri, u hemm problema kif ninterpretaw dak li qed jgħidu, ma nafx, ma jridx nivvota u ma jridx nirrispondi. Mill-passat nitgħallmu li dawn jissarrfu f’voti wkoll.” 

Kien hemm ukoll kummenti fuq il-kampanja. “Alex Borg għandu aktar kariżma minn Abela, imma mbagħad Abela jidher li għandu aktar kontenut. Il-kampanja tal-Billboards tal-PN aħjar mill-PL.”  

“Apparti hekk, il-PN qed joqgħod attent li ma jsemmix korruzzjoni jew inkella isem Joseph Muscat biex ma jqanqalx ħama u reazzjoni negattiva.” 

“Il-Partit Laburista jidher li se jirbaħ, imma l-mistoqsija b’kemm. Min-naħa l-oħra m’hemmx dubju li l-PN fadallu fejn jikber u jista’ jissorprendi.” 

Illum il-partiti jorganizzaw żewġ mass meetings, il-Labour fil-Kottonera u l-PN fis-Siġġiewi. Kienet ġimgħa aktar imqanqla mill-ġimgħa ta’ qabel, fejn rajna l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jisparaw lejn xulxin fuq l-allegat kuntrabandist taż-żejt. Isem li l-Prim Ministru Robert Abela ma jridx jikxef imma li jista’ jkun aktar minn isem wieħed. Din il-gazzetta ma setgħetx tikkonferma jekk il-Prim Ministru kienx qed jirreferi għal Darren Debono jew għal Gordon Debono. 

Kienet il-ġimgħa meta ż-żewġ partiti xprunaw ruxxmata ta’ proposti ġodda bil-għan li jikkompetu ma’ xulxin. Ġimgħa ddominata minn bidliet fil-faxex tat-taxxi, kif ukoll għotjiet sostanzjali għal kull settur u bidliet radikali fit-taxxa tas-suċċessjoni mill-PN. U fil-Partit Laburista kien hemm għarfien li l-kap tal-PN Alex Borg kellu għalfejn jittieħed aktar bis-serjetà mill-predeċessuri tiegħu Adrian Delia u Bernard Grech. 

Rajna wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg u l-Prim Ministru Robert Abela jkomplu jindirizzaw il-mass rallies. Fil-bidu tal-ġimgħa rajna l-bidu ta’ trikki trakki bl-allegazzjoni u r-reazzjoni tal-Prim Ministru għas-suġġeriment tal-PN li jbiddlu l-Hurds’ Bank f’fuel hub. Robert Abela kien pront u allega li l-PN ħa din l-idea mill-ikbar kuntrabandist ta’ Malta, proposta skont Abela li l-Gvern kien skarta. Allegazzjoni li Borg innegaha permezz ta’ affidavit ġuramentat u argumenta li l-idea u l-proposta ġiet imfassla mill-Inġinier Oliver Cini li huwa wkoll kandidat tal-PN. 

Kien hemm sentiment li l-PN beda jirranka mill-ġimgħa l-oħra b’aktar attivisti u persuni preżenti fir-rallies tagħhom. Iżda minkejja kollox sondaġġ minn Vincent Marmara baqa’ juri li l-PL għadu fuq quddiem b’29,000 vot. Meta staqsejna żewġ osservaturi politiċi fuq dan ir-riżultat qalulna hekk: 

“Naħseb li dak is-sondaġġ għandu d-difetti kbar tiegħu, fosthom li ma jikkunsidrax u jelimina dawk li ma rrispondewx. Diġà kien mar żmerċ fl-aħħar sondaġġ tal-Parlament Ewropew meta qal li l-Labour ħa jirbaħ b’27,000 vot u infatti rebaħ bi 8,000 vot. Apparti hekk, ma nafx kemm jaqbel għal-Labour li juri li qed igawdi minn distakk kbir. 

L-osservatur l-ieħor qal: “Sondaġġi oħra mhux qed jaqblu ma’ dawn iċ-ċifri, u hemm problema kif ninterpretaw dak li qed jgħidu, ma nafx, ma jridx nivvota u ma jridx nirrispondi. Mill-passat nitgħallmu li dawn jissarrfu f’voti wkoll.” 

Kien hemm ukoll kummenti fuq il-kampanja. “Alex Borg għandu aktar kariżma minn Abela, imma mbagħad Abela jidher li għandu aktar kontenut. Il-kampanja tal-Billboards tal-PN aħjar mill-PL.”  

“Apparti hekk, il-PN qed joqgħod attent li ma jsemmix korruzzjoni jew inkella isem Joseph Muscat biex ma jqanqalx ħama u reazzjoni negattiva.” 

“Il-Partit Laburista jidher li se jirbaħ, imma l-mistoqsija b’kemm. Min-naħa l-oħra m’hemmx dubju li l-PN fadallu fejn jikber u jista’ jissorprendi.” 

Illum il-partiti jorganizzaw żewġ mass meetings, il-Labour fil-Kottonera u l-PN fis-Siġġiewi. 

More in Elezzjoni 2026