Omar Rababah fost il-kandidati ġodda approvati mill-PL għall-elezzjoni ġenerali

L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva r-raba’ grupp ta’ kandidati, b’Omar Rababah fost it-tliet uċuħ ġodda li se jikkontestaw l-elezzjoni li jmiss.

Il-Partit Laburista approva r-raba’ grupp ta’ kandidati għall-elezzjoni ġenerali li jmiss wara deċiżjoni tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit.

Dan il-grupp jinkludi erba’ kandidati, tlieta minnhom kandidati ġodda.

Il-kandidati approvati huma Omar Rababah, li se jikkontesta fuq is-6 u s-7 distrett, Clint Azzopardi Flores fuq it-2 u d-9 distrett, u Tania Borg fuq id-9 u l-10 distrett.

Il-kandidat l-ieħor approvat f’dan il-grupp huwa George Camilleri, li se jikkontesta fuq it-13-il distrett.

More in Elezzjoni 2026