Il-Partit Laburista approva t-tielet grupp ta’ kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss, wara deċiżjoni meħuda mill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit.
Dan il-grupp jinkludi 23 kandidat, li sebgħa minnhom huma uċuħ ġodda.
Il-kandidati ġodda approvati huma Miguel Balzan għad-9 u l-10 distrett, Rosette Cassar għat-8 u l-10 distrett, Jorge Grechgħat-2 distrett, Eric Plumpton għat-3 u r-4 distrett, Kaydem Schembri għall-5 distrett, Nigel Vella għall-1 distrett u Shana Woods għat-2 u r-4 distrett.
Fost il-kandidati l-oħra approvati hemm Jo Etienne Abela, Clyde Caruana, Rosianne Cutajar, Miriam Dalli, Chris Fearne, Clifton Grima, Anton Refalo u Silvio Schembri, fost oħrajn.
Il-lista tinkludi wkoll kandidati bħal Amanda Spiteri Grech, Romilda Zarb u Alison Zerafa Civelli.