Kabinett ġdid: Is-'super' kandidati li Robert Abela ma jistax jinjora

Il-formazzjoni tal-Kabinett hija l-prerogattiva tal-Prim Ministru... iżda l-vot massiċċ ta' wħud mill-kandidati ma jistax jiġi njorat. Hawn huma s-'super' kandidati tal-PL fl-elezzjoni li għaddiet...

Il-PM Robert Abela tiela' Kastilja wara rebħa storika Laburista
Il-PM Robert Abela tiela' Kastilja wara rebħa storika Laburista

Waħda mill-aktar kunsiderazzjonijiet importanti tal-Prim Ministru meta jkun qed jaħtar Kabinett - li hian prerogattiva tiegħu - huwa kemm ġabu voti l-kandidati tal-Partit Laburista, fattur li ma jistax ikun injorat fl-għażla hekk importanti tal-Ministri. 

Minkejja li huma diversi dawk il-kandidati li kisbu madwar 3,000 jew 4,000 vot minn distrett jew tnejn, il-Partit Laburista għandu sitt 'super' kandidati li tant ġabu voti li huwa viċin l-impossibbli li ma jkunux inklużi fil-Kabinett li mistenni jitħabbar bejn illum u għada. 

Fuq nett ta' din il-lista hemm Chris Fearne li kien Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa fl-aħħar leġiżlatura u li kiseb 12,640 vot u allura huwa l-aktar kandidat li kiseb voti wara l-Prim Ministru. Fearne kien wieħed mill-aktar Ministri ċentrali fl-aħħar leġiżlatura mmarkata bil-pandemija u allura deċiżjonijiet marbutin mas-saħħa u l-vaċċinazzjoni. Naturalment minkejja li l-kumplimenti kienu ħafna, kien hemm ukoll kritika ndirizzata lejn ċerti miżuri kif ukoll lejn inkonsistenzi f'ċerti restrizzjonijiet li saru maż-żmien. 

Chris Fearne
Chris Fearne

 Ian Borg - Kellu f'idejh it-toroq u l-infrastruttura kif ukoll trasport pubbliku fl-aħħar leġiżlatura u kien ugwalment maħbub u mfaħħar minħabba l-proġetti li saru - fosthom tal-Marsa u tas-Central Link - pero' ikkritikat ħafna wkoll fuq il-metodu ta' kif saru, akkużat b'arroganza u qerda ta' għelieqi biex jitwessgħu t-toroq. Huwa kiseb xejn inqas minn 7,075 vot.

Ian Borg
Ian Borg

Clifton Grima huwa "l-istilla" tal-Labour fl-aktar distretti Nazzjonalisti. Fil-fatt huwa rnexxielu jikseb 4,415-il vot  fid-Disa' Distrett fejn il-PN tradizzjonalment jikseb maġġoranzi komdi. Huwa kiseb ukoll 2,616-il vot fl-10 Distrett, l-aktar wieħed favur il-PN u l-uniku wieħed fejn il-PN irnexxielu jaqbeż is-60% fl-elezzjoni tas-Sibt. Dan ifisser li b'kollox Grima kiseb 7,031 vot.

Clifton Grima
Clifton Grima

Silvio Schembri - li kellu kampanja pjuttost b'saħħitha  - u li kien Ministru tal-Ekonomija kiseb 4,287 vot fis-Sitt Distrett u 2,489 vot fis-Seba' Distrett - b'kollox 6,776 vot. Schembri, fl-aħħar jiem qabel il-votazzjoni, ħarġet storja dwaru u impjieg li ngħata lil martu, iżda jidher li din l-istorja fuq The Shift ftit għamlet differenza u kien ippremjat għar-riżultati ekonomiċi li kisbet Malta - anke waqt pandemija - u s-saħħa tal-kampanja tiegħu man-nies li bdiet ħafna qabel tħabbret l-elezzjoni. 

SAilvio Schembri
SAilvio Schembri

Roderick Galdes, li fl-aħħar leġiżlatura kien Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali u li wkoll mexxa 'l quddiem diversi proġetti ta' housing fosthom fis-Swatar (inawgurat waqt il-kampanja) u oħrajn bħal dak fl-Imsida u oħrajn madwar il-pajjiż - kiseb riżultat tajjeb ħafna. Id-distrett numru sitta tah 4,035 vot u t-tmien distrett li ħadem fih fl-aħħar ftit biss tah 1,247 vot. B'kollox huwa kiseb 5,282 vot.

Roderick Galdes
Roderick Galdes

U finalment ma' l-aktar kandidati li kisbu voti hemm Clint Camilleri li minn distrett wieħed biss - Għawdex - kiseb 6,458 vot u allura kien l-aktar kandidat popolari f'Għawdex mill-kandidati kollha tal-PN, PL u partiti oħrajn. Camilleri inawgura diversi proġetti ta' toroq u tisbieħ, huwa kaċċatur u dejjem kien fuq quddiem biex jiddefendi dan id-delizzju (inkluż fl-ewwel attività tal-kampanja tal-PL fuq il-fosos) u huwa mifhum ukoll li kellu tim effiċjenti u effettiv madwaru li fejn kien hemm bżonn sema' lill-votanti, xi ħaġa li ħadmet dejjem favur l-aktar kandidat popolari Għawdxi, l-aktar Giovanna Debono u Anton Refalo. 

Clint Camilleri
Clint Camilleri

Owen Bonnici u Miriam Dalli fil-Ħames

Naturalment hemm kandidati oħrajn li marru tajjeb imma li ma laqħqux massa kbira ta' voti, bħal Owen Bonnici u Miriam Dalli li kellhom jikkompetu f'distrett mal-Prim Ministru. Minkejja dan huma kisbu riżultat tajjeb hekk kif Dalli kisbet 3,539 vot mill-11-l Distrett u 1,122 vot fil-Ħames Distrett fejn ikkontesta l-Prim Ministruu Mexxej Laburista. L-istess Bonnici, li kiseb 2,525 vot fit-Tielet Distrett u 1,127 fil-Ħames Distrett. 

Hawnhekk anke Stefan Zrinzo Azzopardi qabeż bi ftit l-1,000 vot - li għalkemm mhumiex ħafna, kisibhom minkejja li kellu lil Robert Abela "jikkomprti" miegħu wkoll fuq id-distrett.

Keith Azzopardi Tanti u Clyde Caruana wkoll marru tajjeb iżda dawn ma laħqux il-massa ta' voti li ġabu dawn is-sitta.

More in Elezzjoni 2022