Robert Abela jinħatar Prim Ministru qalb l-għajjat ta' folol kbar li ħonqu l-Belt Valletta

Robert Abela jinħatar Prim Ministru ta' Malta hekk kif il-Belt Valletta tinbidel f'ċelebrazzjoni waħda

Il-PM qalb il-folo kbar li ħonqu lill-pajjiż
Il-PM qalb il-folo kbar li ħonqu lill-pajjiż

Robert Abela għadu kif ħa l-ġurament tal-ħatra ta' Prim Ministru wara li lbieraħ kiseb rebħa storika ta' kważi 39,500 vot distakk fuq il-Partit Nazzjoanlista biex imexxi lill-pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin. 

Il-Belt Valletta nbidel f'baħar ta' aħmar u abjad hekk kif eluf ta' attivisti Laburisti ħarġu biex isellmu lil Abela li kiseb l-ewwel rebħa tiegħu u wassal għat-tielet rebħa tal-Partit Laburista sa mill-2013 f'elezzjoni ġenerali u s-sitt rebħa ta' elezzjoni nazzjoni mill-2009 (Ġenerali u elezzjoni tal-Parlament Ewropew) għall-Partit Laburista.

Il-Prim Ministru intlaqa' minn diversi attivisti u kandidati eletti fis-Sala tat-Tron qabel imbagħad ħareġ isellem lill-folla barra li malli feġġ mill-gallarija flimkien ma' martu Lydia u bintu Georgia Mae, infexxet f'għajjat ċapċip u ċelebrazzjoni. 

Chris Fearne u martu
Chris Fearne u martu

More in Elezzjoni 2022