Żball mill-Kummissjoni Elettorali? Il-PN jgħid li t-turnout hija ta' 44.8%

Il-PN jgħid li l-Kummissjoni Elettorali ħadet żball meta ma żiditx il-voti ta' dawk li marru jivvutaw kmieni mat-total

Wara l-analiżi li saret mill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista (Elcom), il-Partit Nazzjonalista kiteb uffiċjalment lill-Kummissjoni Elettorali biex jinfurmahom li skont l-istess data ppubblikata mill-Kummissjoni Elettorali stess, l-ammont ta’ nies li vvutaw sas-2pm ilaħħaq l-44.8%.

L-ammont ta' 143,628 eletturi li ivvutaw mit-total ta' 355,075 (40.45% kif ippublikat) huwa biss għal dawk l-eletturi li ivvutaw illum, is-Sibt, 26 ta' Marzu 2022. Ma dan - jgħid il-PN -  għandhom jingħaddu l-ammont ta' 15,289 elettur li ivvutaw fil-jiem ta' qabel sabiex jirriflettu it-turnout totali ta' dawk kollha li huma registrati bħala eletturi (355,075).

"Għaldaqstant, it-turnout uffiċjali ppublikat mill-Kummissjoni Elettorali huwa żbaljat u għandu jiġi ikkoreġut immedjatament sabiex jirrifletti l-perċentwali rejali ta' turnout ta' 44.8% tal-votanti kollha reġistrati," qal il-Partit Nazzjonalista.

Ara aktar dwar il-ġurnata tal-votazzjoni hawnhekk. 

More in Elezzjoni 2022