Sas-2:00 p.m: L-aktar distrett Laburista bit-tieni l-inqas turnout

It-12-il distrett b'37.7% turnout u t-tieni distrett b'38.3% turnout huma fost l-aktar bl-inqas turnout

It-12-il distrett magħmul mill-Mellieħa, parti minn-Naxxar u San Pawl il-Baħar huwa d-distrett bl-inqas turnout Sas-2:00 p.m hekk kif 37.7% mill-votanti eliġibbli marru jivvotaw. Dan ifisser li t-12-il distrett ra tnaqqis ta' 11.6% mill-elezzjonijiet tal-2017 fejn sas-2:00 p.m kienu ħarġu jivvotaw 49.3%.

Min-naħa l-oħra d-distrett bl-ogħla turnout hu l-Ewwel distrett b'43.9%. Minkejja dan id-distrett magħmul mill-Belt Valletta, Floriana, Il-Ħamrun, Il-Marsa, Tal-Pietà, Gwardamanġa (Tal-Pietà) u Santa Venera, xorta qed jara tnaqqis ta' 12.4% meta mqabbel mal-2017.

Sas-2:00 p.m kienu vvutaw 40.5% tal-votanti jew 143,628 persuna minn 355,075 vot eliġibbli. Dan huwa 11.8% inqas mill-elezzjoni tal-2017, meta sas-2 p.m kienu vvutaw 52.3% tan-nies. 

IKTAR KMIENI: Il-Maltin u l-Għawdxin dalgħodu ssejħu biex jivvutaw għal min iridu bħala Prim Ministru kif ukoll fil-Gvern għall-ħames snin li ġejjin - ħames snin li mistennijin jibdew b'uġigħ ta' ras konsiderevoli minħabba l-gwerra fl-Ukrajna. 

Il-votazzjoni bdiet dalgħodu fis-7:00 am u tibqa' għaddejja għal 15-il siegħa sħaħ, sal-10:00 p.m. 

Kienu b'kollox 4% tal-voti li baqgħu ma nġabrux, għal total ta' 14,473 - bl-aktar distretti li fihom ma nġabrux voti jkunu l-10 u t-12-il Distrett fejn ma nġabrux total ta' 4,405 voti. Fl-10 Distrett ma nġabrux 7% tal-voti u fit-12-il distrett ma nġabrux 9%. 

Il-ġurnalist tal-ILLUM Yendrick Cioffi mill-Belt Valletta
Il-ġurnalist tal-ILLUM Yendrick Cioffi minn Bormla
Il-ġurnalist tal-ILLUM Yendrick Cioffi minn Birżebbuġa

Intant dalgħodu diġà mar jivvota l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fl-iskola ta' Wied il-Għajn.

Il-PM u martu jivvotaw f'Wied il-Għajn
Il-PM u martu jivvotaw f'Wied il-Għajn
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech
Arnold Cassola jivvota f'Pembroke
Arnold Cassola jivvota f'Pembroke
Il-President tar-Repubblika George Vella jivvota
Il-President tar-Repubblika George Vella jivvota
Il-Ministru Owen Bonnici f'Wied il-Għajn
Il-Ministru Owen Bonnici f'Wied il-Għajn
Ritratt tal-Ministru Chris Fearne fuq trakk (Wied il-Għajn)
Ritratt tal-Ministru Chris Fearne fuq trakk (Wied il-Għajn)
Il-Kandidat Nazzjonalista John Baptist Camilleri
Il-Kandidat Nazzjonalista John Baptist Camilleri

 

 

More in Elezzjoni 2022