Clifton Grima | Flimkien għal futur aħjar għall-Edukaturi u l-Istudenti

Il-poplu, minn tfal sa' anzjani, jafu fejn qegħdin mal-Partit Laburista. Partit Laburista fil-Gvern li kien mal-poplu f’pandemija, aħseb u ara x’se jwettaq u jikseb b’Malta Flimkien f’ċirkostanzi ħafna aktar pożittivi. 

Din il-kampanja elettorali qed toħroġ differenza ċara bejn iż-żewġ partiti l-kbar. Fuq naħa għandek il-Partit Nazzjonalista li huwa partit ankrat mal-passat u m’għandu l-ebda viżjoni għall-futur tal-pajjiż. Fuq naħa oħra għandek lill-Partit Laburista, partit dinamiku li qed jibgħat messaġġ li wkoll huwa ċar: wara l-ħidma tas-snin li għaddew irridu naħdmu flimkien għall-pass li jmiss: dak li flimkien intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawk kollha li flimkien huma s-soċjetà Maltija. 

Hija viżjoni li tista’ ssir għaliex il-pajjiż illum għandu ekonomija b’saħħitha. Kif spjega tajjeb il-Prim Ministru Robert Abela, il-proposti li qed iressaq ‘l quddiem il-Partit Laburista għandu l-kredibbiltà biex iwettaqhom. Mhux biss għax l-istorja politika turi li dak li jwiegħed il-Partit Laburista jwettqu, imma wkoll għadu kif kien konfermat li s-sena li għaddiet l-ekonomija tagħna reġgħet laħqet il-livelli ta’ qabel il-pandemija, allura ekonomija b’saħħitha. 

Matul din il-kampanja elettorali l-Partit Laburista ppropona diversi miżuri, proposti li huma mibnija fuq dak li sema’ mingħand il-poplu, tant li minn mitt idea, welled elf proposta. Proposti li jilħqu lil kulħadd. 

Nemmen li l-proposti għas-settur edukattiv huma proposti konkreti u studjati li se jkomplu jmexxu ‘l quddiem lil dawk kollha li jmissu ma’ dan is-settur – fuq quddiem l-edukaturi u l-istudenti tagħna. 

Ħa nibda bl-edukaturi, li ma rridux ninsew li huma wkoll parti minn familja – li b’mod ħolistiku se tgawdi minn diversi miżuri li tħabbru u bħala edukaturi se jkomplu jgawdu minn aktar miżuri. 

Kien Gvern Laburista li f’Diċembru tal-2017 kien wasal biex jiffirma ftehim settorjali li permezz tiegħu rajna mhux biss żieda fil-pagi u kundizzjonijiet aħjar għall-edukaturi kollha, imma wkoll opportunitajiet biex ikun hemm avvanz fil-karriera, opportunitajiet għall-iżvilupp tal-karriera u titjib sostanzjali ieħor. 

Għalhekk intlaqgħet tajjeb ferm id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li twiegħed pagi aħjar u titjib fil-kundizzjonijiet tal-għalliema. Dan huwa partit fil-Gvern li jagħti prijorità lill-edukazzjoni bħala l-bażi ta' prosperità ġdida u għalhekk l-investiment fl-edukaturi u l-istudenti biex kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu. Aktar titjib apparti dak li tħabbar diġa fil-baġit għal din is-sena. 

Gvern Laburista ġdid joffri kundizzjonijiet aħjar għall-edukaturi li jfisser titjib sinjifikanti ieħor fil-pagi tal-għalliema fil-ħames snin li ġejjin billi jiskattaw negozjati għal ftehim kollettiv ġdid li jtejjeb b’saħħa l-kundizzjonijiet tal-edukaturi. 

Se nestendu l-inizjattiva one tablet per child għas-sekondarja wkoll. Familji bi dħul baxx se ngħinuhom b’uniformi ġdida fil-bidu tas-sena skolastika u nagħtu servizz ta’ internet bażiku. Se nagħtu lit-tfal l-opportunità li jagħzlu sett ta’ kotba kull sena

Aħbar sabiħa wkoll għal dawk l-istudenti li qed jistudjaw biex jilħqu kindergarten educators jew learning support educators, li dawn jibdew jirċievu ħlas waqt it-teaching practice huma wkoll – apparti ż-żieda fl-istipendji tal-istudenti bi 15%, li hija żieda oħra apparti dik imħabbra fil-baġit. 

U la qed nitkellem dwar studenti, nħares ukoll lejn dak imħabbar, għaliex dan huwa partit li jrid tfal bl-aqwa opportunitajiet edukattivi li jgħixu f'pajjiż isbaħ. 

Se niffinanzjaw l-ispiża ta’ attivitajiet extra-kurrikulari sportivi, ta’ arti u kultura, għax nemmnu li t-tfal kollha għandu jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet bħala mezz ta’ inklużjoni. Dan jingħata forma ta’ tax credit li se jitla’ għal €300, imma min bis-salarju tiegħu ma jinqabadx bit-taxxa, dawn jeħodhom għotja. Nagħtu laptop b’xejn lill-istudenti tas-seba’ sena biex jintuża tul l-esperjenza sekondarja tagħhom. Se nestendu l-inizjattiva one tablet per child għas-sekondarja wkoll. Familji bi dħul baxx se ngħinuhom b’uniformi ġdida fil-bidu tas-sena skolastika u nagħtu servizz ta’ internet bażiku. Se nagħtu lit-tfal l-opportunità li jagħzlu sett ta’ kotba kull sena biex jibnu librerija ċkejkna. 

Il-poplu, minn tfal sa' anzjani, jafu fejn qegħdin mal-Partit Laburista. Partit Laburista fil-Gvern li kien mal-poplu f’pandemija, aħseb u ara x’se jwettaq u jikseb b’Malta Flimkien f’ċirkostanzi ħafna aktar pożittivi. 

More in Elezzjoni 2022