'Il-Kummissjoni Elettorali ma tistax iżżomm lil xi ħadd milli jivvota jekk ismu jkun fuq ir-reġistru'

Il-Kummissjoni Elettorali twieġeb għall-akkużi li saru lbieraħ mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi

Il-Kummissjoni Elettorali wieġbet għall-akkużi li għamel id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi lbieraħ u qalet illi r-Reġistru Elettorali ppublikat fi Frar 2022, u li qed jintuża għall-Elezzjonijiet Ġenerali, huwa sostanzjalment korret, li l-votazzjonijiet bikrija huma stabbiliti fil-Liġi Elettorali u li l-Kummissjoni Elettorali tiddependi minn diversi sorsi biex iżżomm ir-Reġistru aġġornat," u ma tistax taqta’ votant mir-Reġistru, jew iddaħħal votanti ġodda, jekk ma jkunux segwiti r-rekwiżiti u l-proċeduri stretti stabbiliti fil-Liġi Elettorali."

"Il-Kummissjoni Elettorali dejjem imxiet mal-liġi elettorali u dawk kollha li jidhru fir-Reġistru Elettorali huma dawk li għandhom id-dritt skont il-liġi elettorali," sostniet fi stqarrija filwaqt li qalet illi ma tistax iżżomm lil xi ħadd milli jivvota jekk ismu jew isimha jkun imdaħħal fir-Reġistru Elettorali/

Il-Kummissjoni Elettorali għalhekk saħqet li ma tagħmilx distinzjoni bejn votanti skont it-twemmin politiku tagħhom.

More in Elezzjoni 2022