'Eleġġu nies li jpoġġu l-interess nazzjonali qabel il-pjaċiri u l-handouts' - Il-Kamra tal-Kummerċ

Awgurat li x-xogħol li qed tagħmel il-Kamra tal-Kummerċ jgħin ukoll biex Malta jkollha politika aktar nadifa u korretta li tiġbed għas-servizz tagħha nies kompetenti u integri

F'dibattitu fil-Kamra tal-Kummerċ bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, Marisa Xuereb, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ tgħid lill-poplu li, "jeleġġi nies denji u li jpoġġu l-interess nazzjonali qabel il-pjaċiri u l-handouts".  

Fil-ftuħ ta' dan id-dibattitu saħqet li għall-ewwel darba fl-istorja tal-Kamra qed isir dibattitu bejn iż-żewġ mexxejja tal-partit ewlenin tul il-kampanja elettorali u li din turi l-mod miftuħ kif il-Kamra tħares lejn s-sehem tagħha fil-ħajja poltitka.

"Ftit ġranet ilu l-Kamra preżentat il-manifest ta' 100 proposta liż-żewġ partiti l-kbar u ż-żgħar. Dawn huma proposti li jirriflettu d-djalogu li jkollna mal-entitajiet. Il-Kamra m'għandhiex kulur politiku, qatt ma kellha, m'għandhiex u mhux se jkollha u għalhekk li l-messaġ tagħna jittieħed bis-serjetà u huwa kredibbli," kompliet tgħid Xuereb. 

Intant hija saħqet fuq l-importanza li dan il-pajjiż jasal għal-maturità politika fejn kulħadd jemmen kemm hu importanti li "nużaw ir-riżorsi bl-aħjar mod, nimmotivaw ix-xogħol, għal impenn intraprenditorjali u ekonomija bilanċjata." 

Hija awgurat li x-xogħol li qed tagħmel il-Kamra tal-Kummerċ jgħin ukoll biex Malta jkollha politika aktar nadifa u korretta li tiġbed għas-servizz tagħha nies kompetenti u integri u li "l-partiti jagħrfu l-irwol tagħhom fil-bini tas-soċjetà ġusta u magħquda fejn il-politika ssir biex jitkattar il-ġid komuni u mhux biex jiġi sfruttat il-poter. "

Intant il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ, Marthese Portelli saħqet li minn hawn u ħmistax oħra se nibdew leġiżlatura ġdida li se ġġib magħha sfidi kbar u għalhekk, "illum nixtieq li nwassal messaġġ wieħed. L-importanza li fi ħdan il-pajjiż ikun hawn konsultazzjon tajba u ta' vera. Il-konsultazzjoni trid tkun waħda f'waqtha, f'ħinha, kontinwa u effettiva u allura għandna bżonn naraw li l-Kunsill Malti għall-Ekonomija u l-Iżvilupp Soċjali (MCESD) jilħaq verament l-għan li twaqqaf għalih". 

X'inhi tipproponi li jsir biex jissaħħaħ l-MCESD? 

  • L-MCESD għandu jkun indipendenti mill-Gvern. L-aġenda tagħha,d-diskussjonijiet,l-opinjonijiet u l-konklużjonijiet li joħorġu mill-MCESD iridu jkunu ħielsa minn kull influenza politika. 
  • Il-Kunsill għandu jkun awtonomu mill-Gvern b'hekk biss insaħħu l-indipendenza tagħha. 
  • L-Kamra tal-Kummerċ temmen li ċ-chairperson tal-MCESD għandu jkun maħtur minn qalb l-imsieħba soċjali bi proċess ta' rotazzjoni ta' chairman abbażi tal-imsieħba soċjali fejn min ikun imiss l-iwol tiegħu iressaq aktar minn tliet ismijiet u jagħżlu ċ-chairperson tagħhom. 
  • Il-Kunsill għandu bżonn ir-riżorsi neċessarji biex jopera, mhux numru ta' staff iżda esperti, statistika, għarfien u forcast.
  • Tissaħħaħ il-kommunikazzjoni mal-kumitat Ewropew, Ekonomiku u soċjali.
  • Proposti li jimpattaw il-funzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-MCESD u li jaffetwaw il-proċess ta' djalogu soċjali m'għandhomx isibu ruħhom f'manifesti elettorali, mingħajr ma jkun hemm qbil dwarhom fl-MCESD. 

 

More in Elezzjoni 2022