Skont Grech il-pajjiż ħaqqu stabbilità finanzjarja li 'se tinkiseb biss taħt Gvern Nazzjonalista'

Bernard Grech f'attivita politika minn Ħal Balzan jsostni li Robert Abela m'għadhux ċert minnu nnifsu

Miġburin f'Ħal Balzan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mal-kandidati tat-tmien distrett tkellem dwar il-finanzi tal-pajjiż li skont hu "l-PL donnu kisser."

Huwa sostna li fejn qabel Robert Abela kien jidher ċert minnu nnifsu, "forsi għax il-ġurnalisti kienu għadhom ma skoprewx b'dak li għamel jew għadu jagħmel," issa Abela qed jaħrab mill-mistoqsijiet. "Mhux komdu r-raġel. Tħossu mhux komdu." sostna Grech.

Fil-fatt Grech qal li fejn qabel għal Robert Abela l-flus ma kinux problema issa qed jgħid lil kumpaniji li jekk iridu l-wage suppliment, iridu jħallsuhom lura sa ħames snin u għalhekk Grech staqsa: "Jaqgħu l-finanzi tal-pajjiż kissirtuhom? Bħal ma konna ilna ngħidulkhom?" 

Għaldaqstant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-pajjiż għandu bżonn stabbilità finanzjarja u hawn fejn jidħol l-investiment tal-biljun ewro fl-10 setturi ġodda.

B'dan l-investiment il-PN qiegħed ibassar li l-pajjiż ikollu tkabbir ta' ekonomija b'saħħitha, żieda reġonevoli fl-impjiegi u pagi tajba.

"Din hi viżjoni b'saħħitha, li jekk ittina l-fidużja se naqsmuha magħkom," temm jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

More in Elezzjoni 2022