Jerome Caruana Cilia | Minn nifs ġdid lill-bdiewa sa patt soċjali ġdid

Inkomplu ninċentivaw lil min jaħdem, iħallas it-taxxa u jikkontribwixxi fl-ekonomija billi min jaqla' anqas minn €20,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 10% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fis-sena ta’ qabel 

Il-Partit Nazzjonalista qed jisħaq li l-pensjonanti huma għajn ta’ valur għas-soċjetà u l-ekonomija tagħna u għalhekk beħsiebna ninċentivaw lil dawk li jixtiequ jibqgħu jaħdmu billi nagħtu l-opportunità lill-pensjonanti kollha li għaqqdu biżżejjed kontribuzzjonijiet, biex jibqgħu 

jaħdmu sakemm jilħqu l-età tal-irtirar u jieħdu pensjoni bbażata fuq kemm il-sena qabel jirtiraw. Barraminnhekk, il-Partit Nazzjonalista qed jishaq ukoll li jaghti l-bonus statutorju sħiħ lill-pensjonanti kollha li jaħdmu full-time. 

Nimplimentaw Pakkett għall-Pensjonijiet biex nindirizzaw diversi inġustizzji li għadhom ma ssolvewx sal-lum u li saħansitra qed jixħtu 

lill-pensjonanti fir-riskju tal-faqar jew saħansitra jgħixu fil-faqar. Dan billi naraw li l-mekkaniżmu ta’ 70/30, li qed jintuża bħalissa għaż-żieda 

lill-pensjonanti mwielda wara l-31 ta’ Diċembru 1961, ikun jitħaddem għal pensjonanti kollha. Nibdew inħaddmu mekkaniżmu biex gradwalment ngħollu l-pensjoni minima nazzjonali f’livell adekwat mad-dħul neċessarju għall-pensjonanti skond il-politika tal-living income, hekk kif maqbula mal-imsieħba soċjali. 

Il-Partit Nazzjonalista hu kommess li jindirizza aktar malajr l-inġustizzji b’rabta mal-Pensjoni tas-Servizz. Barraminnhekk, irridu nużguraw li r-romol jibqgħu jkunu intitolati għal pensjoni sħiħa. B'dan il-mod, inwieżnu bil-qawwa lill-pensjonanti vulnerabbli u lil dawk bl-inqas dħul. 

Ma nżidu l-ebda taxxi 

Bi proposta 353, il-Partit Nazzjonalista qed jintrabat li r-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, tal-VAT jew tat-taxxa fuq id-dħul ma jiżdidux tul il-leġiżlatura.  

Barraminnhekk, Gvern ġdid Nazzjonalista se jinċentiva iżjed attività kummerċjali billi niżguraw li n-negozji u s-self-employed b’fatturat sa €60,000 ma jkunux meħtieġa jitolbu l-VAT jew jitolbu rifużjoni tal-VAT, filwaqt li nqassru ż-żmien li taxpayer irid idum biex jibdel bejn reġim u ieħor tal-fatturat. 

Il-Partit Nazzjonalista se jnaqqas il-VAT tar-ristoranti u l-barijiet għal 7%. Filwaqt li nkomplu nespandu l-programmi ta’ micro-invest fuq 

firxa wiesgħa ta’ investimenti, se ninċentivaw aktar investiment sostenibbli permezz ta’ investment allowances lill-intrapriżi li jinvestu 

f’impjanti u makkinarju li ma jniġġisx u li huwa energy-efficient kif ukoll dawk li joħolqu ċerti tip ta' propjetà intelletwali (intellectual property) f’oqsma ekonomiċi li ma jniġġsux. 

Inkomplu ninċentivaw lil min jaħdem, iħallas it-taxxa u jikkontribwixxi fl-ekonomija billi min jaqla' anqas minn €20,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 10% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fis-sena ta’ qabel. Min jaqla' bejn €20,000 u €40,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 5% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fis-sena ta’ qabel. 

Min jaqla' anqas bejn €40,001 u €60,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 3% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fis-sena ta’ qabel. Ir-rata tat-taxxa għal min jaqla' bejn €60,001 u €80,000 ser tkun dik ta’ 25%. 

Barraminnhekk, neżentaw lill-istudenti jew lill-impjegati sa 21 sena li jaqilgħu inqas minn 60% tal-introjtu medjan nazzjonali (National Median Income), milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, bħala miżura ta’ appoġġ fil-bidu tal-ħajja tax-xogħol tagħhom. 

Nifs ġdid lill-bdiewa 

Inħaddmu politika li tippromwovi l-prodott Malti permezz tat-twaqqif ta’ Aġenzija għall-Promozzjoni tal-Prodott, ta’ programm intensiv ta’ inċentivar tal-produzzjoni organika favur ambjent naturali, programmi ta’ edukazzjoni, proġett biex jattira raħħala u bdiewa żgħażagħ, appoġġ lill-bdiewa permezz ta’ sostenn tas-suq lokali u tnaqqis fil-piż eċċessiv tar-regolamentazzjoni u l-ispejjeż li poġġew lill-biedja Maltija f’morsa inġusta. 

Nappoġġjaw permezz ta’ għajnuna teknika u inċentivi speċifiċi għall-bdiewa u r-raħħala biex isiru aktar kompetittivi permezz ta’ investimenti akbar fit-teknoloġija li jużaw f'ħidmiethom 

Nifs ġdid fil-kwalità tal-arja 

Il-Partit Nazzjonalista se jfassal u jħaddem pjan effettiv li permezz tiegħu jistgħu jibdew jiġu 

indirizzati l-kawżi ewlenin tat-tniġġiż tal-arja f’pajjiżna bil-għan li nilħqu u naqbżu l-miri stabbiliti mill-UE dwar l-emissjonijiet u l-penetrazzjoni tal-enerġija alternattiva. Inħaffu l-pass fit-tnaqqis tal-emissjonijiet billi nindirizzaw l-akbar kawża bi programm ħolistiku għal użu mifrux tal-vetturi elettriċi kif ukoll ta’ użu akbar tat-trasport pubbliku.  

Permezz ta’ qafas ta’ kollaborazzjoni flimkien mal-NGO’s ambjentali inwaqqfu pjattaforma ta’ riċerka biex tiġbor evidenza li tkun il-bażi tal iffurmar tal-politika fuq aspetti marbutin mal-oqsma tal-Clean Aviation, Single European Sky u Alternative Fuel Technology. 

Patt Soċjali ġdid 

Il-Partit Nazzjonalista se jmexxi t-tfassil ta’ Patt Soċjali ġdid bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-korpi kostitwiti u ċ-ċittadini, bil-għan 

li jiffoka fuq l-aspetti tal-living income, il-living wage, it-tisħiħ tad-dinjita’ tal-ħaddiem, it-titjib fid-dħul u t-tkabbir tal-produttività. 

Il-Partit Nazzjonalista qed jagħti kelma biex inniedu proċess ta’ konsultazzjoni fi ħdan il-Kunsill Malti għall-iŻvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) dwar in-numru ta’ siegħat li jikkostitwixxu ġimgħa xogħol fiċ-ċirkostanzi soċjo-ekonomiċi li jinsab fihom pajjiżna. Indaħħlu skemi ta’ inċentivi għal dawk l-intrapriżi u li jagħżlu li jipparteċipaw fi proġett nazzjonali dwar ġimgħa xogħol mifruxa fuq erba’ ti jiem (four-day week). 

More in Elezzjoni 2022