Metsola tmur l-Iżrael u l-Palestina fejn il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied jinsab fil-periklu li jisfaxxa

 

Fl-Iżrael, Roberta Metsola hija mistennija li tkellem lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Gideon Sa’ar u l-Kelliem tal-Knesset f’Ġerusalemm Amir Ohan, filwaqt li nhar il-Ġimgħa, ħa tiltaqa’ wkoll mat-tmexxija Palestinjana f’Ramallah

Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola waqt laqgħa mal-Ispeaker tal-Parlament Iżraeljan, Amir Ohana. (Ritratt: Daina Le Lardic/© UE 2025 - Sors : EP)
Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola waqt laqgħa mal-Ispeaker tal-Parlament Iżraeljan, Amir Ohana. (Ritratt: Daina Le Lardic/© UE 2025 - Sors : EP)

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola marret l-Iżrael nhar il-Ħamis filgħodu f’tentattiv ta' emerġenza biex issalva l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-Hamas

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola aċċettat l-istedina li żżur l-Iżrael u l-Palestina llum u għada.

Iż-żjara seħħet f’mument kritiku il-għaliex il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-Hamas qiegħed fil-periklu li jisfaxxa fix-xejn.

"Metsola ħa tissottolinja r-rieda tal-Ewropa biex taħdem b’mod kostruttiv bil-għan li l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u r-rilaxxar tal-ostaġġi jseħħ,” qal lill-gazzetta oħt, MaltaToday, kelliem ta’ Metsola.

“Il-ftehim jipprovdi passaġġ lejn paċi sostenibbli fir-reġjun li jiggarantixxi s-sigurtà lill-Iżrael u perspettiva reali lill-poplu Palestinjan,” kompla jgħid il-kelliem.

Il-kelliem qal li bis-saħħa tal-preżenza tagħha fuq il-post, ħa tibgħat “messaġġ ċar” li l-Ewropa hija lesta biex taħdem b’mod kostruttiv mas-sħab kollha fir-reġjun.

Żied ukoll li, “hi ħa ttenni l-impenn tal-Ewropa li tibqa’ tipprovdi l-għajnuna umanitarja tant meħtieġa waqt li titlob lill-komunità internazzjonali biex żżid l-isforz u l-għajnuna umanitarja tagħha lill-Gaża.”

Iż-żjara ta’ Metsola seħħet 48 siegħa biss qabel ir-rilaxx skedat li jmiss tal-ostaġġi miżmumin mill-Hamas bi skambju għall-priġunieri Palestinjani miżmumin mill-Iżrael.

Il-Hamas wissiet iktar kmieni dil-ġimgħa li ħa ddewwem ir-rilaxx tal-ostaġġi, u akkużat lill-Iżrael bi ksur tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied. L-Iżrael qal li jekk l-ebda ostaġġ mhuwa rrilaxxat is-Sibt ħa tkompli bl-ostalitajiet fil-Gaża.

Israel ilha għaddejja iktar minn sena bi gwerra fil-Gaża bħala risposta għall-attakk tal-Hamas fl-Iżrael f’Ottubru 2023 li ħalla 1,200 Iżraeljan mejjet u mijiet maħtufin. L-Iżrael bażikament wittiet lill-Gaża, fejn eluf ta’ Palestinjani sfaw mejtin u miġruħin.

F’dawn l-aħħar ġimgħat, Metsola kellha bosta laqgħat u konverżazzjonijiet fuq it-telephone ma’ mexxejja mill-Iżrael, il-Palestina, il-pajjiżi Għarab u rappreżentattivi Amerikani. Iltaqgħat mal-President Eġizzjan El-Sisi fil-Kajr, mar-Re Abdullah II fil-Ġordna, laqgħat il-Prim Ministru Palestinjan il-Brussell u tkellmet mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin kif ukoll mal-Kelliem tal-Kamra tad-Deputati Amerikana.

F’reżoluzzjoni adottata fit-18 ta’ Jannar 2024, il-Parlament Ewropew kien l-ewwel istituzzjoni Ewropew li formalment sejjaħ ir-rilaxx immedjat tal-ostaġġi kollha, iż-żarmar tal-organizzazzjoni terroristika Hamas, it-tkomplija tas-soluzzjoni taż-żewġ stati u tal-proċess tal-paċi.

Taħditiet mal-ministru għall-affarijiet barranin Iżraeljan, it-tmexxija Palestinjana

Fl-Iżrael, Metsola hija mistennija li tkellem lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Gideon Sa’ar u l-Kelliem tal-Knesset f’Ġerusalemm Amir Ohan. Ħa tiltaqa’ wkoll mal-President Iżraeljan Isaac Herzog.

Ħa tmur ukoll mal-fruntiera Kerem Shalom biex iżżur l-operazzjonijiet umanitarji. Metsola ħa żżur ukoll il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Għajnuna fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah. Waranofsinhar ħa żżur ukoll is-sit tan-Nova Festival f’Re’im.

Nhar il-Ġimgħa, il-President tal-Parlament Ewropew ħa tiltaqa’ wkoll mat-tmexxija Palestinjana f’Ramallah. Ħa tiltaqa’ ma’ Hussein al-Sheikh, is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina u man-nominat għall-Premju  Sakharov tal-2024, Reem Al Hajajreh, Direttriċi ta’ Women of the Sun.

Metsola hija mistennija wkoll biex tiltaqa’ mal-ostaġġi rilaxxat, ma’ familthom, u l-vittmi tal-kunflitt.

More in Barranin