Il-President Russu Vladimir Putin iddenunzja l-attakk tal-bieraħ fuq sala tal-kunċerti bħala “att terroristiku barbaru,” u wissa li dawk kollha responsabbli se jiġu kkastigati.
Mill-inqas 115-il persuna nqatlu u aktar minn 140 ndarbu f’Moska bħala riżultat ta’ sparatura waqt kunċert. Dan l-attakk ġie deskritt bħala "l-agħar attakk" terroristiku fatali fir-Russja għal dawn l-aħħar 20 sena.
F’indirizz lin-nazzjon nhar is-Sibt, Putin qal li nqabdu dawk li sparaw. Huwa kompla jgħid lill-poplu Russu li “l-għedewwa tagħna mhux se jifriduna.
Filmati fuq il-midja soċjali wrew persuni armati, minn distanzi viċin, jisparaw fuq folol ippanikjati filwaqt li splużjonijiet żgħar instemgħu fil-viċin.
L-isparaturi, fiċ-ċentru Crocus, ħallew warajhom nirienmifruxa tant li anke s-saqaf ikkollasa.
L-Ukrajna, li bħalissa tinsab fi gwerra, tiġġieled kontra invażjoni mir-Russja, ċaħdet kull involviment fl-attakk. Kien il-grupp Iżlamiku ISIS illi assuma r-responsabbiltà għall-attakk.
Il-President Russu, Vladimir Putin, għadu ma indirizzax uffiċjalment lin-nazzjon dwar l-attakk.