Jinqatlu 24 suldat Iżraeljan f'Gaża

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu sostna li kien 'wieħed mill-aktar jiem diffiċli minn mindu faqqgħet il-gwerra'

Erbgħa u għoxrin suldat Iżraeljan inqatlu waqt il-ġlied mal-Ħamas fin-Nofsinhar ta’ Gaża nhar it-Tnejn. 

Wieħed u għoxrin suldat inqatlu f'inċident wieħed, "tneħħi strutturi u infrastruttura terroristika," qalet l-IDF fi stqarrija, meta ‘rocket-propelled grenade’ (RPG) ġiet sparata lejn tank li jipproteġi l-unità.

Żewġ binjiet b’żewġ sulari mbagħad waqgħu wara splużjoni, li x’aktarx kienet ikkawżata minn splussivi li kienu tpoġġew mit-truppi Iżraeljani, qalet l-IDF.

Il-midja Iżraeljana rrapportat li żewġ suldati fit-tank inqatlu. Il-biċċa l-kbira tal-forzi Iżraeljani maqtula kienu fil-binjiet jew qribhom, qal il-kelliem tal-IDF Rear Adm Daniel Hagari fi stqarrija separata fuq it-televiżjoni.

L-IDF qalet separatament nhar it-Tnejn li nqatlu kaptan u żewġ maġġuri, kollha fin-Nofsinhar ta’ Gaża.

Nhar it-Tnejn, il-ministeru tas-saħħa kkontrollat mill-Ħamas f’Gaza qal li n-numru ta’ Palestinjani maqtula f’attakki Iżraeljani f’Gaza mis-7 ta’ Ottubru tela’ għal 25,295, b’mill-inqas 63,000 persuni midruba.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, li qed jiffaċċja pressjoni politika dejjem akbar fuq diversi fronti, qal li l-imwiet tas-suldati rrappreżentaw "wieħed mill-aktar jiem diffiċli minn mindu faqqgħet il-gwerra."

“Nibki għas-suldati erojċi tagħna li waqgħu. Ngħannaq lill-familji fil-ħin tagħhom ta’ bżonn u lkoll nitolbu għall-paċi tal-feruti tagħna.” Netanyahu qal li l-IDF hekk kif nediet investigazzjoni dwar l-inċident. Kelliem tal-IDF qal li "għadu mhux ċar" x'ikkawża l-isplużjoni tal-bini.

Il-familji kollha ġew notifikati bil-mewt iżda s'issa ħarġu biss 10 ismijiet.

Dan il-bumbardament ilu għaddej fuq skala dejjem tintensfika mis-7 ta’ Ottubru tal-2023, fejn eluf sfaw maqtula, mijiet feruti u oħrajn li kienu ttieħdu bħala ostaġġi. 

More in Barranin