L-awtoritajiet Griegi jibżgħu li r-raġel wara sparatura f'Ateni jista' jaħrab lejn Malta

L-awtoritajiet Griegi qalu li Nardi Ismet Idrizi jista’ jkun qed jippjana li jaħrab lejn l-Albanija, it-Turkija, jew Malta

Nardi Ismet Idrizi (lemin) allegatament spara tliet ġuvintur fl-inħawi ta’ Gazi, Ateni (xellug) wara ġlieda f'bar
Nardi Ismet Idrizi (lemin) allegatament spara tliet ġuvintur fl-inħawi ta’ Gazi, Ateni (xellug) wara ġlieda f'bar

L-awtoritajiet Griegi ħarġu mandat ta arrest Ewropew għal Nardi Ismet Idrizi mill-Albanija. 

Idrizi ta’ 37 sena, allegatament spara tliet ġuvintur fl-inħawi ta’ Gazi, f’Ateni wara ġlieda f’bar. Ħabib tiegħu, Emiliano Jakupi, diġà ġie arrestat mill-awtoritajiet lokali.

L-awtoritajiet Griegi qalu li Idrizi jista’ jkun qed jippjana li jaħrab lejn l-Albanija, it-Turkija, jew Malta. L-awtoritajiet tal-fruntiera fil-Greċja ġew avżati u estender it-tfittxijiet tagħhom. 

Idrizi huwa magħruf fid-dinja tal-kriminalità. Huwa kien il-mexxej ta' gang vjolenti fl-Albanija, involut f'serq bl-armi, u serva żmien il-ħabs mill-2012 sal-ħelsien kmieni tiegħu fl-2020. Il-ħelsien tiegħu qanqal kontroversja minħabba r-rekord kriminali serju tiegħu.

Wara li dam il-ħabs u mar joqgħod il-Greċja u sar parti minn grupp kriminali fiż-żona ta’ Agios Pavlos.

More in Barranin